|
+Artikolu 14 3. |
Artikolu 14 3.Il-qafas ta’ politika nazzjonali jista’ jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi u l-miżuri ppjanati għall-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet marittimi, bħal għall-elettriku u l-idroġenu, għas-servizzi portwarji kif definiti fir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(b)
miri u miżuri nazzjonali għall-promozzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi tul in-networks tat-toroq li mhumiex inklużi fin-network ewlieni TEN-T jew fin-network komprensiv TEN-T, b’mod partikolari fir-rigward ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku;
(c)
miżuri li jiggarantixxu l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment fit-territorju kollu tal-Istat Membru, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà u l-koeżjoni territorjali tagħhom;
(d)
miżuri biex jiġi żgurat li d-densità tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi aċċessibbli għall-pubbliku disponibbli fil-livell nazzjonali tqis id-densità tal-popolazzjoni;
(e)
miri u objettivi nazzjonali għall-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi relatati mal-punti (a), (b), (c), (4) u (d) li għalihom mhemm l-ebda mira obbligatorja stabbilita f’dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|