+Artikolu 14 Oqfsa ta’ politika nazzjonali
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
---+Artikolu 14 11.
|
Artikolu 14 Oqfsa ta’ politika nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, kull Stat Membru għandu jħejji u jittrażmetti lill-Kummissjoni abbozz ta’ qafas ta’ politika nazzjonali għall-iżvilupp tas-suq fir-rigward tal-fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport u l-varar tal-infrastruttura rilevanti.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Il-qafas ta’ politika nazzjonali għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
valutazzjoni tal-istat attwali u l-iżvilupp futur tas-suq fir-rigward tal-fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport, u tal-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aċċess intermodali tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi u, fejn rilevanti, il-kontinwità transfruntiera u l-iżvilupp ta’ infrastruttura għal fjuwils alternattivi fuq il-gżejjer u fir-reġjuni ultraperiferiċi;
(b)
miri u objettivi nazzjonali skont l-Artikoli 3, 4, 6, 8, 9, 10, 11 u 12 li għalihom huma stabbiliti miri nazzjonali obbligatorji f’dan ir-Regolament;
(c)
il-politiki u l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri u l-objettivi obbligatorji msemmija fil-punt (b);
(d)
miżuri, ippjanati jew adottati, biex jippromwovu l-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi għall-flotot vinkolati, b’mod partikolari għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar u għall-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu għas-servizzi tat-trasport pubbliku u għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar għall-car sharing;
(e)
miżuri, ippjanati jew adottati, biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-varar ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar għal vetturi ħfief u tqal f’postijiet privati li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku;
(f)
miżuri, ippjanati jew adottati, għall-promozzjoni ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi fin-nodi urbani, b’mod partikolari fir-rigward ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku;
(g)
miżuri, ippjanati jew adottati, biex jippromwovu għadd suffiċjenti ta’ punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja aċċessibbli għall-pubbliku;
(h)
il-miżuri, ippjanati jew adottati, meħtieġa biex jiġi żgurat li l-varar u l-operazzjoni tal-punti tal-irriċarġjar, inkluża d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti tal-irriċarġjar bidirezzjonali, jikkontribwixxu għall-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija u għall-penetrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fis-sistema elettrika;
(i)
miżuri biex jiġi żgurat li l-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment għall-fjuwils alternattivi aċċessibbli għall-pubbliku jkunu aċċessibbli għall-persuni akbar fl-età, għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u għall-persuni b’diżabilità f’konformità mar-rekwiżiti dwar l-aċċessibbiltà tad-Direttiva (UE) 2019/882;
(j)
miżuri, ippjanati jew adottati, biex jitneħħew l-ostakli possibbli fir-rigward tal-ippjanar, tal-permessi, tal-akkwist u tal-funzjonament ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi;
(k)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi u l-miżuri ppjanati fir-rigward tal-varar tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet marittimi għajr għall-provvista tal-metan likwifikat u tal-elettriku mix-xatt għall-użu mill-bastimenti li jbaħħru, bħal pereżempju l-idroġenu, l-ammonijaka, il-metanol u l-elettriku;
(l)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi u l-miżuri ppjanati fir-rigward tal-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi inklużi l-miri, l-istadji importanti u l-finanzjament meħtieġ, għall-ferroviji li jaħdmu bl-idroġenu jew bil-batteriji fuq is-sezzjonijiet ferrovjarji TEN-T li ma jistgħux jiġu elettrifikati;
(m)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi u l-miżuri ppjanati fir-rigward tal-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi f’ajruporti għajr għall-provvista tal-elettriku lill-inġenji tal-ajru stazzjonarji, bħall-irriċarġjar elettriku u r-riforniment tal-idroġenu għall-inġenji tal-ajru;
(n)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi, u l-miżuri ppjanati fir-rigward tal-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fin-navigazzjoni interna, bħal dik għall-elettriku u l-idroġenu.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Il-qafas ta’ politika nazzjonali jista’ jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi u l-miżuri ppjanati għall-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet marittimi, bħal għall-elettriku u l-idroġenu, għas-servizzi portwarji kif definiti fir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
);
(b)
miri u miżuri nazzjonali għall-promozzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi tul in-networks tat-toroq li mhumiex inklużi fin-network ewlieni TEN-T jew fin-network komprensiv TEN-T, b’mod partikolari fir-rigward ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku;
(c)
miżuri li jiggarantixxu l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment fit-territorju kollu tal-Istat Membru, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà u l-koeżjoni territorjali tagħhom;
(d)
miżuri biex jiġi żgurat li d-densità tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi aċċessibbli għall-pubbliku disponibbli fil-livell nazzjonali tqis id-densità tal-popolazzjoni;
(e)
miri u objettivi nazzjonali għall-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi relatati mal-punti (a), (b), (c), (4) u (d) li għalihom mhemm l-ebda mira obbligatorja stabbilita f’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oqfsa ta’ politika nazzjonali jqisu l-ħtiġijiet tal-modi differenti ta’ trasport li jeżistu fit-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 14 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oqfsa ta’ politika nazzjonali jqisu, kif xieraq, l-interessi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, b’mod partikolari fir-rigward tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment għat-trasport pubbliku, kif ukoll dawk tal-partijiet ikkonċernati involuti.
|
|
Artikolu 14 6.
|
Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw, permezz ta’ konsultazzjonijiet jew oqfsa ta’ politika konġunti, biex jiżguraw li l-miżuri meħtieġa ħalli jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ikunu koerenti u kkoordinati. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fuq l-istabbiliment ta’ strateġiji għall-użu ta’ fjuwils alternattivi u fuq il-varar ta’ infrastruttura korrispondenti fit-trasport fuq l-ilma. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fil-proċess ta’ kooperazzjoni.
|
|
Artikolu 14 7.
|
Il-miżuri ta’ appoġġ għall-infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi għandhom jikkonformaw mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
|
|
Artikolu 14 8.
|
Kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-abbozz tal-qafas ta’ politika nazzjonali tiegħu u għandu jiżgura li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrija u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz tal-qafas ta’ politika nazzjonali.
|
|
Artikolu 14 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinħarġu mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Huma jistgħu, b’mod partikolari, jindirizzaw:
(a)
il-livell ta’ ambizzjoni tal-miri u l-objettivi bil-għan li jintlaħqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 6, 8, 9, 10, 11, 12 u 13;
(b)
il-politiki u l-miżuri relatati ma’ miri u objettivi nazzjonali.
|
|
Artikolu 14 10.
|
Kull Stat Membru għandu jqis kif xieraq kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ politika nazzjonali finali tiegħu. Jekk Stat Membru kkonċernat ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 14 11.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, kull Stat Membru għandu jabbozza l-qafas ta’ politika nazzjonali finali tiegħu f’forma li tinqara u li tinftiehem faċilment u jinnotifikah lill-Kummissjoni. Dawk l-oqfsa ta’ politika nazzjonali finali għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|