6. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 bastimenti tal-passiġġieri li jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92 taħt obbligi ta’ servizz pubbliku jew kuntratti pubbliċi ta’ servizz, li joperaw qabel it-12 ta’ Ottubru 2023, għar-rotot speċifiċi bejn il-portijiet tal-waqfa tal-art kontinentali tagħhom u l-portijiet tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom li jinsabu fi gżira jew fil-bliet ta’ Ceuta u Melilla. L-ebda eżenzjoni bħal din ma għandha tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2029. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-eżenzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, il-bliet ta’ Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala portijiet tal-waqfa li jinsabu fuq gżira.