+Artikolu 5 L-użu ta’ Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini Mhux Bijoloġika
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8
---+Artikolu 5 9
---+Artikolu 5 10
|
Artikolu 5 L-użu ta’ Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini Mhux Bijoloġika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Għall-kalkolu tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment, mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2033 jista’ jintuża multiplikatur ta’ “2” biex il-bastiment jiġi ppremjat għall-użu ta’ RFNBO. Il-metodoloġija għal dan il-kalkolu hija stipulata fl-Anness I.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja, tikkalkula u kull sena tippubblika, abbażi tad-data rreġistrata fil-bażi tad-data FuelEU msemmija fl-Artikolu 19 u sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rappurtar, is-sehem ta’ RFNBO fl-enerġija annwali użata abbord mill-bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Jekk is-sehem ta’ RFNBO msemmi fil-paragrafu 2 ikun inqas minn 1 % għall-perjodu ta’ rappurtar 2031, għandha tapplika submira ta’ 2 % għal dawn il-karburanti fl-enerġija annwali użata abbord minn bastiment mill-1 ta’ Jannar 2034, soġġett għall-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta r-riżultati tal-monitoraġġ previsti fil-paragrafu 2 li jkunu disponibbli qabel l-1 ta’ Jannar 2033 juru li s-sehem imsemmi fil-paragrafu 2 ikun ogħla minn 2 %.
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Jekk, abbażi tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 2 u wara l-valutazzjoni tal-Kummissjoni, ikun hemm evidenza ta’ kapaċità ta’ produzzjoni u disponibbiltà insuffiċjenti ta’ RFNBO għas-settur marittimu, distribuzzjoni ġeografika mhux uniformi jew prezz għoli wisq għal dawk il-karburanti, is-submira prevista fil-paragrafu 3 ma għandhiex tapplika.
|
|
Artikolu 5 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni previsti fil-paragrafu 5 u l-metodu biex jiġi kkalkolat il-fattur ta’ differenza fil-prezz bejn RFNBO u l-karburanti fossili użati fiċ-ċellola 14 tat-tabella fil-Parti B tal-Anness IV. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).
|
|
Artikolu 5 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 sabiex:
|
(a)
|
tissupplimenta l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu b’elementi addizzjonali;
|
|
(b)
|
tagħti informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ applikabbiltà tas-submira msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li tirriżulta mill-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
|
Artikolu 5 8
|
8. Fejn tapplika s-submira msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta’ Diċembru 2033, atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar ir-regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’:
|
(a)
|
il-verifika u l-kalkolu kif imsemmija fl-Artikolu 16;
|
|
(b)
|
il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà applikabbli stipulati fl-Artikoli 20 u 21;
|
|
(c)
|
il-penali ta’ FuelEU applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 23 u fl-Anness IV.
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).
|
|
Artikolu 5 9
|
9. Is-submira msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jekk applikabbli, ma għandhiex tapplika għal bastiment li juri li l-istess sehem tal-enerġija annwali użata abbord jintlaħaq minn karburanti oħra li jipprovdu ffrankar ekwivalenti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li huma ċċertifikati skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, eskluż il-bijokarburanti msemmija fil-Parti B tal-Anness IX għad-Direttiva (UE) 2018/2001.
|
|
Artikolu 5 10
|
10. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għas-sehem tal-enerġija annwali użata abbord mill-bastimenti mill-provvista tal-elettriku mix-xatt.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|