8. Fejn tapplika s-submira msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta’ Diċembru 2033, atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar ir-regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’:
|
(a)
|
il-verifika u l-kalkolu kif imsemmija fl-Artikolu 16;
|
|
(b)
|
il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà applikabbli stipulati fl-Artikoli 20 u 21;
|
|
(c)
|
il-penali ta’ FuelEU applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 23 u fl-Anness IV.
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).