+Artikolu 8 Pjan ta’ monitoraġġ
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
|
Artikolu 8 Pjan ta’ monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom li fih jindikaw il-metodu magħżul minn fost il-metodi stipulati fl-Anness I biex jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-ammont, it-tip u l-fattur ta’ emissjoni tal-enerġija użata abbord mill-bastimenti u informazzjoni rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Għal bastimenti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Awwissu 2024, il-kumpaniji għandhom jissottomettu pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux iġġustifikat u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa f’port ta’ kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. Il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompleta u trasparenti u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment, inkluż l-isem, in-numru tal-identifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) tiegħu, il-port tar-reġistrazzjoni jew il-port tad-domiċilju tiegħu, u isem sid il-bastiment;
|
|
(b)
|
l-isem tal-kumpanija u l-indirizz, id-dettalji tat-telefown u tal-email ta’ persuna ta’ kuntatt;
|
|
(c)
|
deskrizzjoni tas-sistemi ta’ konverżjoni tal-enerġija installati abbord, u l-kapaċità tal-potenza relatata espressa f’megawatts (MW);
|
|
(d)
|
għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 6(4), il-punt (b), deskrizzjoni tal-istandards u l-karatteristiċi tat-tagħmir li jippermetti l-konnessjoni mal-provvista tal-enerġija mix-xatt, jew ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero;
|
|
(e)
|
il-valur tad-domanda totali stabbilita għall-enerġija elettrika tal-bastiment fl-irmiġġ, kif ipprovdut fil-bilanċ tat-tagħbija elettrika jew fl-istudju tat-tagħbija elettrika tiegħu li juża biex juri l-konformità mar-Regolamenti 40 u 41 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS), kif approvat mill-amministrazzjoni tal-bandiera tiegħu jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta kif definit fil-Kodiċi tal-IMO għall-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti adottat bir-riżoluzzjonijiet MEPC.237(65) u MSC.349(92). F’każ li l-bastiment ma jkunx jista’ jipprovdi dik ir-referenza, il-valur ikkunsidrat ikun 25 % tat-total tal-klassifikazzjonijiet kontinwi massimi tal-magni ewlenin tal-bastiment kif speċifikat fiċ-ċertifikat EIAPP tagħhom mogħti b’applikazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti (MARPOL) jew, jekk il-magni ma jkunux meħtieġa li jkollhom ċertifikat EIAPP, fuq il-pjanċa tal-isem tal-magni;
|
|
(f)
|
deskrizzjoni tas-sorsi intenzjonati ta’ enerġija li għandhom jintużaw abbord waqt in-navigazzjoni u mal-irmiġġ biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 u 6;
|
|
(g)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri għall-monitoraġġ tal-konsum tal-karburant tal-bastiment, kif ukoll tal-enerġija pprovduta minn sorsi alternattivi tal-enerġija jew teknoloġija b’emissjonijiet żero;
|
|
(h)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-fatturi ta’ emissjoni well-to-tank u tank-to-wake tal-enerġija li għandha tintuża abbord, f’konformità mal-metodi speċifikati fl-Artikolu 10 u fl-Annessi I u II;
|
|
(i)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri użati biex tiġi mmonitorjata l-kompletezza tal-lista ta’ vjaġġi;
|
|
(j)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri użati biex tiġi ddeterminata d-data dwar l-attivitajiet għal kull vjaġġ, inklużi l-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin imqatta’ fuq il-baħar bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla, u l-ħin imqatta’ fl-irmiġġ;
|
|
(k)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri, is-sistemi u r-responsabbiltajiet użati biex tiġi aġġornata kwalunkwe data inkluża fil-pjan ta’ monitoraġġ matul il-perjodu ta’ rappurtar;
|
|
(l)
|
deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża biex tiġi ddeterminata d-data ta’ sostituzzjoni li tista’ tintuża għall-eliminazzjoni ta’ lakuni fid-data jew għall-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji fid-data;
|
|
(m)
|
folja ta’ reġistrazzjoni tar-reviżjonijiet biex jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-istorja tar-reviżjonijiet;
|
|
(n)
|
meta l-kumpanija titlob li l-enerġija addizzjonali użata minħabba l-klassi tas-silġ tal-bastiment tiġi eskluża mill-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità stipulat fl-Anness IV, informazzjoni dwar il-klassi tas-silġ tal-bastiment;
|
|
(o)
|
meta l-kumpanija titlob li l-enerġija addizzjonali użata minħabba t-tbaħħir f’kondizzjonijiet tas-silġ tiġi eskluża mill-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità stipulat fl-Anness IV, informazzjoni dwar il-klassi tas-silġ tal-bastiment u deskrizzjoni ta’ proċedura verifikabbli għall-monitoraġġ tad-distanza vvjaġġata għall-vjaġġ kollu kif ukoll tad-distanza vvjaġġata waqt it-tbaħħir f’kondizzjonijiet tas-silġ, id-data, il-ħin u l-pożizzjoni mad-dħul u l-ħruġ mill-kondizzjonijiet tas-silġ u l-konsum tal-karburant waqt it-tbaħħir f’kondizzjonijiet tas-silġ;
|
|
(p)
|
għal bastiment mgħammar bi propulsjoni assistita mir-riħ, deskrizzjoni tat-tagħmir ta’ propulsjoni bir-riħ installat abbord u l-valuri ta’ PWind u PProp kif iddefinit fl-Anness I.
|
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Il-kumpaniji għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw dawk il-mudelli, inkluż ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni uniformi tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|