+Artikolu 12 Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
|
Artikolu 12 Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-kumpanija jew mill-operatur ta’ bastiment u għandu jwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont dan ir-Regolament fl-interess pubbliku. Għal dak l-iskop u sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali, la l-verifikatur u lanqas xi parti minn entità ġuridika li jkun jagħmel parti minnha ma għandhom ikunu kumpanija, operatur ta’ bastiment jew sid ta’ kumpanija. Barra minn hekk, il-verifikatur ma għandux ikun proprjetà ta’ kumpanija, operatur ta’ bastiment jew sid ta’ kumpanija, u lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet ma’ kumpanija li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu.
|
|
Artikolu 12 2
|
2. Il-verifikatur għandu jivvaluta l-affidabbiltà, il-kredibbiltà, l-akkuratezza u l-kompletezza tad-data u tal-informazzjoni relatati mal-ammont, it-tip u l-fattur ta’ emissjoni tal-enerġija użata abbord mill-bastimenti, b’mod partikolari:
|
(a)
|
l-attribuzzjoni tal-konsum tal-karburant u l-użu ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija għall-vjaġġi u fl-irmiġġ;
|
|
(b)
|
id-data dwar il-konsum tal-karburant irrappurtata u l-kejl u l-kalkoli relatati;
|
|
(c)
|
l-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ emissjoni;
|
|
(d)
|
l-użu ta’ provvista tal-elettriku mix-xatt jew l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-eċċezzjonijiet irreġistrati fil-bażi tad-data FuelEU f’konformità mal-Artikolu 6(9), il-punt (a);
|
|
(e)
|
id-data meħtieġa skont l-Artikolu 10(3).
|
|
|
Artikolu 12 3
|
3. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun ibbażata fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
jekk id-data rrappurtata tkunx koerenti b’rabta mad-data stmata li tkun ibbażata fuq id-data ta’ traċċar tal-bastiment u karatteristiċi bħall-potenza tal-magna installata;
|
|
(b)
|
jekk id-data rrappurtata tkunx ħielsa minn inkonsistenzi, b’mod partikolari meta jitqabblu l-volum totali tal-karburant mixtri kull sena minn kull bastiment u l-konsum aggregat tal-karburant matul il-vjaġġi;
|
|
(c)
|
jekk il-ġbir tad-data jkunx twettaq f’konformità mar-regoli applikabbli; u
|
|
(d)
|
jekk ir-reġistri rilevanti tal-bastiment ikunux kompleti u konsistenti.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|