+Artikolu 16 Verifika u kalkolu
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5

Artikolu 16 Verifika u kalkolu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   Wara l-verifika kif stipulat fl-Artikoli 11, 12 u 13, il-verifikatur għandu jivvaluta l-kwalità, il-kompletezza u l-akkuratezza tar-rapport FuelEU. Għal dak il-għan, il-verifikatur għandu juża kwalunkwe informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data FuelEU, inkluż l-informazzjoni pprovduta dwar waqfiet f’port f’konformità mal-Artikolu 6.

Artikolu 16 2

2.   Fejn il-valutazzjoni tal-verifika msemmija fil-paragrafu 1 tikkonkludi, b’assigurazzjoni raġonevoli mill-verifikatur, li r-rapport FuelEU jkun ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti jew nuqqasijiet ta’ konformità materjali, il-verifikatur għandu jinnotifika lill-kumpanija kkonċernata b’rapport ta’ verifika li jindika li r-rapport FuelEU jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Ir-rapport ta’ verifika għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-ħidma mwettqa mill-verifikatur.

Artikolu 16 3

3.   Fejn il-valutazzjoni tal-verifika tidentifika dikjarazzjonijiet skorretti jew nuqqasijiet ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, il-verifikatur għandu jinforma lill-kumpanija kkonċernata dwar dan f’waqtu. Il-kumpanija għandha, mingħajr dewmien żejjed, tikkoreġi d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqasijiet ta’ konformità sabiex tippermetti li jiġi ffinalizzat il-proċess ta’ verifika fil-ħin u għandha tippreżenta lill-verifikatur rapport FuelEU emendat u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex tikkoreġi d-dikjarazzjonijiet skorretti jew n-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati. Fir-rapport ta’ verifika tiegħu, il-verifikatur għandu jindika jekk ir-rapport FuelEU emendat jikkonformax ma’ dan ir-Regolament. Fejn id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqasijiet ta’ konformità kkomunikati ma jkunux ġew ikkoreġuti u dawn iwasslu għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali, il-verifikatur għandu jinnotifika lill-kumpanija b’rapport ta’ verifika li jindika li r-rapport FuelEU ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16 4

4.   Abbażi tar-rapport FuelEU li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, il-verifikatur għandu jikkalkula:

(a)

bl-użu tal-metodu speċifikat fl-Anness I, l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord mill-bastiment ikkonċernat;

(b)

bl-użu tal-formula speċifikata fil-Parti A tal-Anness IV, il-bilanċ ta’ konformità tal-bastiment;

(c)

l-għadd ta’ waqfiet f’port mhux konformi fil-perjodu ta’ rappurtar preċedenti inkluż il-ħin imqatta’ rmiġġat mal-moll u, fejn applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 6(9), fl-ankraġġ, għal kull waqfa f’port tal-bastiment mhux konformi mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 6;

(d)

l-ammont ta’ enerġija annwali użata abbord minn bastiment, eskluż il-provvista tal-elettriku mix-xatt;

(e)

l-ammont ta’ enerġija annwali użata abbord minn bastiment mill-RFNBO.

Artikolu 16 5

5.   Sal-31 ta’ Marzu tal-perjodu ta’ verifika, il-verifikatur għandu jinnotifika lill-kumpanija bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u jirreġistra fil-bażi tad-data FuelEU r-rapport FuelEU konformi ma’ dan ir-Regolament, ir-rapport ta’ verifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

L-informazzjoni kollha rreġistrata fil-bażi tad-data FuelEU għandha tkun aċċessibbli għall-Istat amministrattiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.