4. Fit-tħejjija tar-rapport tagħha msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tqis il-punt sa fejn l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament laħqet l-objettivi tiegħu u sa liema punt din kellha impatt fuq il-kompetittività tas-settur marittimu. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-interazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni u tidentifika kwalunkwe dispożizzjoni li tista’ tiġi aġġornata u ssimplifikata, kif ukoll l-azzjonijiet u l-miżuri li ttieħdu jew li jistgħu jittieħdu biex titnaqqas il-pressjoni tal-kostijiet totali fuq is-settur marittimu. Bħala parti mill-analiżi tal-Kummissjoni tal-effiċjenza ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-piż li dan ir-Regolament jimponi fuq in-negozji.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, jekk ikun xieraq, jekk għandhiex takkumpanja dak ir-rapport bi proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu.