+Artikolu 30 Rapporti u rieżami
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
---+Artikolu 30 6

Artikolu 30 Rapporti u rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1

1.   Sat-23 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina l-interazzjoni u l-konverġenza bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2015/757 jew kwalunkwe att legali settorjali ieħor. Fejn xieraq, dak ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 30 2

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2027, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-impatti possibbli tad-distorsjonijiet tas-suq jew tal-evażjoni tal-portijiet; fir-rigward tal-evoluzzjoni tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero fit-trasport marittimu u s-suq tagħhom, kif ukoll l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji u tas-suq għall-karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u għall-provvista tal-elettriku mix-xatt, inkluż fl-ankraġġ; fir-rigward tal-użu tad-dħul iġġenerat mill-penali FuelEU; u fir-rigward tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-kompetittività tas-settur marittimu fl-Unjoni.

F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn:

(a)

il-kamp ta’ applikazzjoni materjali u ġeografiku ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tat-tnaqqis tal-livell limitu ta’ tunnellaġġ gross imsemmi fl-Artikolu 2(1) jew l-espansjoni tas-sehem ta’ enerġija użata minn bastimenti fi vjaġġi lejn u minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (d);

(b)

il-limitu msemmi fl-Artikolu 4(2), bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;

(c)

it-tipi ta’ bastimenti u d-daqs li għalihom japplika l-Artikolu 6(1) u estensjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 6(1) għall-bastimenti fl-ankraġġ;

(d)

l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(5);

(e)

l-għadd tal-elettriku mwassal permezz tal-provvista tal-elettriku mix-xatt fl-Anness I u l-fattur ta’ emissjoni well-to-tank assoċjat ma’ dak l-elettriku definit fl-Anness II;

(f)

il-possibbiltà li fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu inklużi mekkaniżmi ddedikati għall-aktar teknoloġiji tal-karburanti sostenibbli u innovattivi b’potenzjal sinifikanti ta’ dekarbonizzazzjoni, sabiex jinħoloq qafas legali ċar u prevedibbli u jitħeġġu l-iżvilupp tas-suq u l-introduzzjoni ta’ tali teknoloġiji tal-karburanti;

(g)

il-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità għall-bastimenti li jitolbu li tiġi eskluża l-enerġija addizzjonali użata minħabba tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ stabbiliti fl-Annessi IV u V, u l-estensjoni possibbli tal-validità ta’ dawk id-dispożizzjonijiet wara l-31 ta’ Diċembru 2034;

(h)

il-possibbiltà li l-enerġija pprovduta mir-riħ tiġi inkluża fil-kalkolu tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord stabbilita fl-Anness I, soġġett għad-disponibbiltà ta’ metodu verifikabbli għall-monitoraġġ u l-kontabbiltà tal-enerġija tal-propulsjoni mir-riħ;

(i)

il-possibbiltà li jiġu inklużi teknoloġiji ġodda għat-tnaqqis tal-gassijiet serra, bħall-qbid tal-karbonju abbord, fil-kalkolu tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord u tal-bilanċ tal-konformità kif stabbilit fl-Annessi I u IV rispettivament, soġġett għad-disponibbiltà ta’ metodu verifikabbli għall-monitoraġġ u l-kontabbiltà tal-karbonju maqbud;

(j)

il-possibbiltà li jiġu inklużi elementi addizzjonali f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-emissjonijiet tal-karbonju iswed;

(k)

il-ħtieġa ta’ miżuri biex jiġu indirizzati tentattivi minn kumpaniji biex jevadu r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, jekk ikun xieraq, jekk għandhiex takkumpanja dak ir-rapport bi proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 30 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport previst fil-paragrafu 2 evalwazzjoni tal-impatti soċjali ta’ dan ir-Regolament fis-settur marittimu, inkluż fuq il-forza tax-xogħol tiegħu.

Artikolu 30 4

4.   Fit-tħejjija tar-rapport tagħha msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tqis il-punt sa fejn l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament laħqet l-objettivi tiegħu u sa liema punt din kellha impatt fuq il-kompetittività tas-settur marittimu. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-interazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni u tidentifika kwalunkwe dispożizzjoni li tista’ tiġi aġġornata u ssimplifikata, kif ukoll l-azzjonijiet u l-miżuri li ttieħdu jew li jistgħu jittieħdu biex titnaqqas il-pressjoni tal-kostijiet totali fuq is-settur marittimu. Bħala parti mill-analiżi tal-Kummissjoni tal-effiċjenza ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-piż li dan ir-Regolament jimponi fuq in-negozji.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, jekk ikun xieraq, jekk għandhiex takkumpanja dak ir-rapport bi proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 30 5

5.   Fil-każ tal-adozzjoni mill-IMO ta’ standard globali dwar il-gassijiet serra tal-karburanti jew limiti globali tal-intensità tal-gassijiet serra għall-enerġija użata abbord mill-bastimenti, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina dik il-miżura globali fir-rigward tal-ambizzjoni tagħha fid-dawl tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-integrità ambjentali ġenerali tiegħu. Għandha teżamina wkoll kwalunkwe kwistjoni relatata mal-artikolazzjoni jew l-allinjament possibbli ta’ dan ir-Regolament ma’ dik il-miżura globali, inkluż il-ħtieġa li tiġi evitata d-dupplikazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell internazzjonali.

Fejn xieraq, dak ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b’mod konsistenti mal-impenji tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha, u bil-għan li jiġu ppreservati l-integrità ambjentali u l-effettività tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni.

Artikolu 30 6

6.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-trasport marittimu, b’mod partikolari biex tidentifika mġiba evażiva sabiex tipprevjeni tali mġiba fi stadju bikri, u inkluż fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jiġu riflessi fir-rapport li għandu jsir kull sentejn imsemmi fl-Artikolu 3gg(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.