+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“ajruport tal-Unjoni” tfisser “ajruport” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), fejn il-livell ta’ traffiku tal-passiġġieri kien ogħla minn 800 000 passiġġier jew fejn il-livell ta’ traffiku tal-merkanzija kien ogħla minn 100 000 tunnellata fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti, u li ma jkunx jinsab f’reġjun ultraperiferiku, kif elenkat fl-Artikolu 349 TFUE;

2. 

“korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport tal-Unjoni” fir-rigward ta’ ajruport tal-Unjoni, tfisser il-“korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2009/12/KE jew, fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun irriżerva l-ġestjoni tal-infrastrutturi ċentralizzati għas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-fjuwil għal korp ieħor skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE ( 2 ), dak il-korp l-ieħor;

3. 

“operatur ta’ inġenju tal-ajru” tfisser persuna li topera tal-inqas 500 titjira tat-trasport kummerċjali bl-ajru għall-passiġġieri, jew 52 titjira tat-trasport kummerċjali bl-ajru tal-merkanzija kollha li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti jew, fejn ma jkunx possibbli li dik il-persuna tiġi identifikata, sid l-inġenju tal-ajru;

4. 

“titjira tat-trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser titjira operata bl-għan li ġġorr passiġġieri, merkanzija jew posta, bi ħlas jew kiri, inkluż titjira tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju operata għal finijiet kummerċjali;

5. 

“rotta” tfisser vjaġġ imwettaq fuq titjira, b’kont meħud tal-postijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni ta’ dik it-titjira;

6. 

“fjuwil tal-avjazzjoni” tfisser il-fjuwil ta’ sostituzzjoni manifatturat għall-użu dirett mill-inġenju tal-ajru;

7. 

“fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli” (“SAF”) tfisser fjuwils tal-avjazzjoni li huma jew:

(a) 

fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;

(b) 

bijofjuwils tal-avjazzjoni; jew

(c) 

fjuwils tal-avjazzjoni minn karbonju riċiklat;

8. 

“bijofjuwils tal-avjazzjoni” tfisser fjuwils li huma jew:

(a) 

“bijofjuwils avvanzati” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (34), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b) 

“bijofjuwils” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX għal dik id-Direttiva; jew

(c) 

“bijofjuwils” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, bl-eċċezzjoni ta’ bijofjuwils prodotti minn “għelejjel tal-ikel u tal-għalf” kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (40), ta’ dik id-Direttiva, u li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja stabbiliti fl-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva u li huma ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;

9. 

“fjuwils tal-avjazzjoni minn karbonju riċiklat” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni li huma “fjuwils minn karbonju riċiklat” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jikkonformaw mal-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 29a(2) ta’ dik id-Direttiva u huma ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;

10. 

“lott” tfisser kwantità ta’ SAF li jistgħu jiġu identifikati b’numru u li jistgħu jiġu traċċati;

11. 

“emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja” tfisser emissjonijiet ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju ta’ SAF li jqisu l-emissjonijiet ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju tal-produzzjoni, tat-trasport, tad-distribuzzjoni u tal-użu tal-enerġija abbord, inkluż matul il-kombustjoni, ikkalkolati f’konformità mal-metodoloġiji adottati skont l-Artikolu 28(5) jew l-Artikolu 31(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni;

12. 

“fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni li huma “fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika”, kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (36) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jikkonformaw mal-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 29a(1) ta’ dik id-Direttiva u huma ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;

13. 

“fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni li huma ta’ oriġini mhux bijoloġika, li l-kontenut tal-enerġija tagħhom huwa derivat minn idroġenu mhux fossili b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li jissodisfaw il-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 70 % u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni ta’ dan l-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni;

14. 

“fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni prodotti minn sorsi fossili mhux rinnovabbli ta’ fjuwils idrokarburi;

15. 

“idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-avjazzjoni” tfisser idroġenu għall-użu fl-inġenji tal-ajru li l-kontenut tal-enerġija tiegħu huwa derivat minn sorsi mhux rinnovabbli mhux fossili, li jissodisfa l-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 70 % u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni ta’ dan l-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni;

16. 

“idroġenu rinnovabbli għall-avjazzjoni” tfisser idroġenu għall-użu fl-inġenji tal-ajru li jikkwalifika bħala “fjuwil rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika”, kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (36) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u li jikkonforma mal-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 29a(1) ta’ dik id-Direttiva u huwa ċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;

17. 

“idroġenu għall-avjazzjoni” tfisser idroġenu rinnovabbli għall-avjazzjoni jew idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-avjazzjoni;

18. 

“fjuwils tal-avjazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jew idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-avjazzjoni;

19. 

“fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni” tfisser “fornitur tal-fjuwil” kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (38) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jforni fjuwil tal-avjazzjoni jew idroġenu għall-avjazzjoni f’ajruport tal-Unjoni;

20. 

“amministratur tal-fjuwil” tfisser fornitur ta’ servizzi fuq l-art li jorganizza u jwettaq operazzjonijiet ta’ riforniment u ta’ tneħħija tal-fjuwil, inkluż il-ħżin tal-fjuwil u l-kontroll tal-kwalità u tal-kwantità tal-konsenji tal-fjuwil, lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Anness tad-Direttiva 96/67/KE;

21. 

“post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat ta’ fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Istat Membru li fih iseħħ il-kontroll finanzjarju u operazzjonali prinċipali tal-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni;

22. 

“sena ta’ rapportar” tfisser perjodu ta’ sena li fih ir-rapporti msemmija fl-Artikoli 8 u 10 għandhom jiġu ppreżentati, għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru;

23. 

“perjodu ta’ rapportar” tfisser perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena ta’ rapportar;

24. 

“fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ” tfisser l-ammont ta’ fjuwil tal-avjazzjoni msemmi bħala “il-fjuwil għall-vjaġġ” u “il-fjuwil gћas-sewqan tal-ajruplan” fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 ( 3 ) li huwa meħtieġ biex operatur tal-inġenji tal-ajru jopera t-titjiriet kollha koperti minn dan ir-Regolament, li jitilqu minn ajruport partikolari tal-Unjoni, matul perjodu ta’ rapportar;

25. 

“kwantità annwali mhux ippumpjata fit-tank” tfisser id-differenza bejn il-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ u l-fjuwil attwali ppumpjat minn operatur tal-inġenji tal-ajru qabel it-titjiriet koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruport partikolari tal-Unjoni, matul perjodu ta’ rapportar;

26. 

“kwantità totali annwali mhux ippumpjata fit-tank” tfisser is-somma tal-kwantitajiet annwali mhux ippumpjati fit-tank minn operatur tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti kollha tal-Unjoni matul perjodu ta’ rapportar;

27. 

“skema ta’ gassijiet serra” tfisser skema li tagħti benefiċċji lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-użu ta’ SAF.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.