Wara lment bil-miktub imressaq minn Stat Membru, operatur tal-inġenji tal-ajru, il-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni kkonċernat, jew fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’, wara li tivvaluta l-ġustifikazzjoni pprovduta għall-eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fid-dawl tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti jadottaw deċiżjoni li tħassar dik l-eżenzjoni mill-bidu tal-perjodu ta’ skedar li jmiss skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (
4
). Meta dak il-perjodu ta’ skedar jibda inqas minn xahrejn wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, id-deċiżjoni li tħassar l-eżenzjoni għandha tibda tapplika mill-bidu tal-perjodu ta’ skedar li jmiss. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 16(2).