|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.L-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma għandhomx jitolbu benefiċċji għall-użu ta’ lott identiku ta’ SAF taħt aktar minn skema waħda ta’ gassijiet serra. Il-fattur ta’ emissjoni għall-użu ta’ SAF skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) huwa stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE jew fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva. Għall-fini tal-allokazzjoni tal-kwoti skont l-EU ETS, għandha tapplika d-Direttiva 2003/87/KE. Għall-fini tal-allokazzjoni ta’ kwoti riżervati għall-ippumpjar ta’ SAF skont l-EU ETS, għandu japplika l-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE. Flimkien mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 8, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bi:
(a)
dikjarazzjoni tal-iskemi ta’ gassijiet serra li jipparteċipaw fihom u li fihom huwa possibbli għalihom li jirrapportaw SAF;
(b)
dikjarazzjoni li ma rrapportawx taħt aktar minn skema waħda ta’ gassijiet serra lottijiet identiċi ta’ SAF; u
(c)
informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni fi skemi ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali li tippermetti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġu kkumpensati għall-kostijiet ta’ SAF mixtrija u informazzjoni dwar jekk l-istess lott ta’ SAF irċeviex appoġġ taħt aktar minn skema waħda ta’ appoġġ finanzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|