+Artikolu 9 Operatur tal-inġenji tal-ajru li jiddikjara l-użu ta’ SAF
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Operatur tal-inġenji tal-ajru li jiddikjara l-użu ta’ SAF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma għandhomx jitolbu benefiċċji għall-użu ta’ lott identiku ta’ SAF taħt aktar minn skema waħda ta’ gassijiet serra. Il-fattur ta’ emissjoni għall-użu ta’ SAF skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) huwa stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE jew fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva. Għall-fini tal-allokazzjoni tal-kwoti skont l-EU ETS, għandha tapplika d-Direttiva 2003/87/KE. Għall-fini tal-allokazzjoni ta’ kwoti riżervati għall-ippumpjar ta’ SAF skont l-EU ETS, għandu japplika l-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE. Flimkien mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 8, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bi:
(a)
dikjarazzjoni tal-iskemi ta’ gassijiet serra li jipparteċipaw fihom u li fihom huwa possibbli għalihom li jirrapportaw SAF;
(b)
dikjarazzjoni li ma rrapportawx taħt aktar minn skema waħda ta’ gassijiet serra lottijiet identiċi ta’ SAF; u
(c)
informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni fi skemi ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali li tippermetti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġu kkumpensati għall-kostijiet ta’ SAF mixtrija u informazzjoni dwar jekk l-istess lott ta’ SAF irċeviex appoġġ taħt aktar minn skema waħda ta’ appoġġ finanzjarju.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Għall-fini tar-rapportar tal-użu ta’ SAF skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, jew skont skema ta’ gassijiet serra, il-fornituri tal-fjuwils tal-avjazzjoni għandhom jipprovdu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru informazzjoni rilevanti preċiża relatata mal-perjodu ta’ rapportar, mingħajr ħlas, kemm jista’ jkun malajr, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar ta’ kull sena ta’ rapportar.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jitlob lill-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni biex jipprovdilu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għal obbligi oħra ta’ rapportar, inkluż dawk skont il-liġi nazzjonali. Il-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandu jipprovdi dik l-informazzjoni mingħajr ħlas. Fejn it-talba tikkonċerna informazzjoni relatata ma’ perjodu li jkun diġà ntemm fiż-żmien tat-talba, il-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandu jipprovdi dik l-informazzjoni fi żmien 90 jum mid-data ta’ dik it-talba.
►C2
Fejn it-talba tikkonċerna informazzjoni relatata ma’ perjodu li jkun għadu ma ntemmx fiż-żmien meta saret it-talba, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel ħiltu biex jissottometti t-talba tiegħu mill-inqas 45 jum qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu. ◄ Il-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandu jipprovdi dik l-informazzjoni fi żmien 45 jum mit-tmiem ta’ dak il-perjodu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|