L-operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jitlob lill-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni biex jipprovdilu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għal obbligi oħra ta’ rapportar, inkluż dawk skont il-liġi nazzjonali. Il-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandu jipprovdi dik l-informazzjoni mingħajr ħlas. Fejn it-talba tikkonċerna informazzjoni relatata ma’ perjodu li jkun diġà ntemm fiż-żmien tat-talba, il-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandu jipprovdi dik l-informazzjoni fi żmien 90 jum mid-data ta’ dik it-talba.
►C2
Fejn it-talba tikkonċerna informazzjoni relatata ma’ perjodu li jkun għadu ma ntemmx fiż-żmien meta saret it-talba, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel ħiltu biex jissottometti t-talba tiegħu mill-inqas 45 jum qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu.
◄ Il-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandu jipprovdi dik l-informazzjoni fi żmien 45 jum mit-tmiem ta’ dak il-perjodu.