|
+Artikolu 14 6. |
Artikolu 14 6.L-Aġenzija għandha toħroġ tikketti fuq talba ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull titjira jew sett ta’ titjiriet operati bl-istess kondizzjonijiet, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u l-metodoloġija u l-fatturi standardizzati u bbażati fuq ix-xjenza msemmija fil-paragrafu 4. L-Aġenzija tista’ titlob lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jipprovdi informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-ħruġ tat-tikketta. Fejn l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jissottomettix l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-Aġenzija toħroġ it-tikketta mitluba, l-Aġenzija għandha tirrifjuta t-talba. Jista’ jitressaq appell mill-operatur tal-inġenji tal-ajru kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont dan il-paragrafu u l-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. Tali appell għandu jiġi ppreżentat lill-Bord tal-Appell imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) fi żmien għaxart ijiem min-notifika tad-deċiżjoni. L-Artikoli 106 u 107, l-Artikolu 108(2) u (3), u l-Artikoli 111, 112, 113 u 114 tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom japplikaw. Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Aġenzija skont dan il-paragrafu għandha tittieħed mingħajr dewmien żejjed. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|