+Artikolu 14 11.

Artikolu 14 11.

Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi u l-konformità mar-regoli stipulati f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-1 ta’ Jannar 2025 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar:

(a) 

il-metodoloġija standardizzata u bbażata fuq ix-xjenza msemmija fil-paragrafu 4, abbażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli, b’mod partikolari d-data pprovduta mill-Aġenzija u inkluż il-metodoloġija għall-użu tal-istimi msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a);

(b) 

il-proċedura li permezz tagħha l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni rilevanti għall-ħruġ ta’ tikketta, u l-proċedura biex l-Aġenzija toħroġ dik it-tikketta, inkluż il-limitu ta’ żmien sa meta l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 6;

(c) 

it-tul ta’ żmien tal-validità tat-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu, ta’ mhux aktar minn sena;

(d) 

il-kondizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija għandha twettaq ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 7;

(e) 

il-proċedura msemmija fil-paragrafu 7 li permezz tagħha l-Aġenzija tista’ jew tirrevoka t-tikketti eżistenti jew toħroġ tikketta ġdida;

(f) 

il-mudelli għall-wiri tat-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu;

(g) 

l-iżgurar ta’ aċċess faċli għat-tikketti kollha maħruġa f’format li jinqara minn magna;

(h) 

il-possibbiltà u l-kondizzjonijiet li taħthom l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu juru, mingħajr ma jużaw tikketta skont dan l-Artikolu, kwalunkwe informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali simili għal dik imsemmija fil-paragrafu 3 għal titjiriet li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.