|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Mill-10 ta’ Jannar 2030, entità tista’ tissottometti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), lill-korp ta’ ġbir fl-Istat Membru fejn l-entità jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha għall-fini li tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP. Meta tissottometti tali informazzjoni lill-korp ta’ ġbir, l-entità għandha:
(a)
tiżgura li l-informazzjoni tkun akkumpanjata minn metadata li tispeċifika li l-informazzjoni hija aċċessibbli fuq l-ESAP fuq bażi volontarja;
(b)
tiżgura li l-informazzjoni tkun akkumpanjata minn metadata li tispeċifika jekk l-informazzjoni fihiex data personali;
(c)
tiżgura li l-informazzjoni tkun akkumpanjata mill-metadata meħtieġa għall-funzjonament tal-funzjoni tat-tiftix tal-ESAP imsemmija fl-Artikolu 7(3);
(d)
tuża format ta’ data li tista’ tiġi estratta għas-sottomissjoni tal-informazzjoni;
(e)
tiżgura li l-informazzjoni sottomessa taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(1), il-punt (b);
(f)
tiżgura li ma tiġi inkluża l-ebda data personali fl-informazzjoni, għajr meta d-data personali hija mitluba mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew tikkostitwixxi element meħtieġ tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi tal-entità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|