|
+Artikolu 5 8. |
Artikolu 5 8.Korp ta’ ġbir jista’ jiddelega l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c), (e), (f), (g) u l-paragrafi 3 u 4 lil persuna ġuridika rregolata mil-liġijiet ta’ Stat Membru jew lil korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni (“id-delegat”). Kwalunkwe delega ta’ kompiti għandha tieħu l-forma ta’ ftehim bil-miktub li jispeċifika l-kompiti li għandhom jiġu ddelegati u l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu (“ftehim ta’ delega”). Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ delega għandhom jiżguraw li:
(a)
id-delegat ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess;
(b)
id-delegat ma jużax l-informazzjoni miksuba b’mod mhux xieraq jew b’mod antikompetittiv jew għal fini ieħor għajr dak iddikjarat fil-ftehim ta’ delega;
(c)
id-delegat jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 fir-rigward tal-kompiti ddelegati;
(d)
id-delegat jinforma regolarment lill-korp ta’ ġbir dwar il-prestazzjoni ġenerali tiegħu tal-kompiti ddelegati;
(e)
mingħajr dewmien żejjed id-delegat jinforma lill-korp ta’ ġbir dwar kwalunkwe nuqqas ta’ twettiq ta’ kompitu ddelegat. Il-korp ta’ ġbir għandu jibqa’ responsabbli għal kwalunkwe kompitu li jiddelega, inkluż li jagħmel disponibbli lill-ESMA kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-ESMA rigward kompitu ddelegat. Ir-responsabbiltà tal-korp ta’ ġbir ma għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li l-korp ta’ ġbir ikun iddelega kompiti lil parti terza. Il-korp ta’ ġbir ma għandux jiddelega l-kompiti tiegħu sal-punt li ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala korp ta’ ġbir. Il-korp ta’ ġbir għandu jiżgura li kwalunkwe delega tal-kompiti tiġi eżerċitata b’mod kosteffiċjenti u li, sa fejn ikun possibbli, id-delega tintuża biex tippermetti li l-proċeduri ta’ ġbir u l-infrastruttura eżistenti jkomplu japplikaw għall-finijiet tal-ESAP. Il-korp ta’ ġbir għandu jinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe ftehim ta’ delega li jikkonkludi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|