|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.L-ESMA għandha tiżgura li l-ESAP ikollu mill-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
(a)
portal web b’interfaċċa faċli għall-utent, li jqis il-ħtiġijiet ta’ aċċess tal-persuni b’diżabilità, biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni fuq l-ESAP fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
(b)
API li tippermetti aċċess faċli għall-informazzjoni fuq l-ESAP;
(c)
funzjoni ta’ tiftix fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
(d)
mod ta’ wiri tal-informazzjoni;
(e)
servizz ta’ traduzzjoni awtomatika għall-informazzjoni rkuprata;
(f)
servizz ta’ tniżżil mill-Internet, inkluż għat-tniżżil ta’ kwantitajiet kbar ta’ data;
(g)
servizz ta’ notifika li jinforma lill-utenti dwar kwalunkwe informazzjoni ġdida fuq l-ESAP;
(h)
il-preżentazzjoni tal-informazzjoni sottomessa fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (b), b’tali mod li:
(i)
din tista’ tiġi distinta b’mod ċar mill-informazzjoni sottomessa fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a);
(ii)
meta applikabbli, l-utenti jiġu infurmati li l-informazzjoni mhux neċessarjament tissodisfa r-rekwiżiti kollha għall-informazzjoni sottomessa fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), u mhux neċessarjament tiġi aġġornata maż-żmien. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|