+Artikolu 7 Funzjonalitajiet tal-ESAP
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
|
Artikolu 7 Funzjonalitajiet tal-ESAP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-ESMA għandha tiżgura li l-ESAP ikollu mill-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
(a)
portal web b’interfaċċa faċli għall-utent, li jqis il-ħtiġijiet ta’ aċċess tal-persuni b’diżabilità, biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni fuq l-ESAP fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
(b)
API li tippermetti aċċess faċli għall-informazzjoni fuq l-ESAP;
(c)
funzjoni ta’ tiftix fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
(d)
mod ta’ wiri tal-informazzjoni;
(e)
servizz ta’ traduzzjoni awtomatika għall-informazzjoni rkuprata;
(f)
servizz ta’ tniżżil mill-Internet, inkluż għat-tniżżil ta’ kwantitajiet kbar ta’ data;
(g)
servizz ta’ notifika li jinforma lill-utenti dwar kwalunkwe informazzjoni ġdida fuq l-ESAP;
(h)
il-preżentazzjoni tal-informazzjoni sottomessa fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (b), b’tali mod li:
(i)
din tista’ tiġi distinta b’mod ċar mill-informazzjoni sottomessa fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a);
(ii)
meta applikabbli, l-utenti jiġu infurmati li l-informazzjoni mhux neċessarjament tissodisfa r-rekwiżiti kollha għall-informazzjoni sottomessa fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), u mhux neċessarjament tiġi aġġornata maż-żmien.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-ESMA għandha tiżgura li l-ESAP jipprevedi l-funzjonalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (e) u (g), sal-10 ta’ Lulju 2028. L-ESMA għandha tiżgura li l-ESAP jipprevedi l-funzjonalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (h), sad-9 ta’ Jannar 2030.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-funzjoni ta’ tiftix imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, għandha tippermetti tfittxija abbażi tal-metadata li ġejja:
(a)
l-ismijiet tal-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni u tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
(b)
l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni u tal-persuna ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
(c)
it-tip ta’ informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), sottomessa mill-entità u jekk tali informazzjoni ġietx sottomessa fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), jew fuq bażi volontarja skont il-punt (b) ta’ dak il-paragrafu;
(d)
id-data u l-ħin meta l-informazzjoni tkun ġiet sottomessa mill-entità lill-korp ta’ ġbir;
(e)
id-data jew il-perjodu li għalihom tirrelata l-informazzjoni;
(f)
id-daqs tal-entità skont il-kategorija li tkun issottomettiet l-informazzjoni u tal-persuna ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
(g)
il-pajjiż tal-uffiċċju reġistrat tal-persuna ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
(h)
is-settur(i) tal-industrija tal-attivitajiet ekonomiċi tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
(i)
il-korp tal-ġbir responsabbli għall-ġbir tal-informazzjoni;
(j)
il-lingwa li ntużat biex tiġi sottomessa l-informazzjoni:
|
|
Artikolu 7 4.
|
L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
il-karatteristiċi tal-API msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b);
(b)
l-identifikatur speċifiku tal-entità ġuridika msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b);
(c)
il-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (c);
(d)
il-kategoriji tad-daqs tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f);
(e)
il-karatterizzazzjoni tas-setturi tal-industrija msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (h).
L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Settembru 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2859
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|