|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA tagħmel dan li ġej:
(a)
tiżgura li l-informazzjoni mogħtija mill-korpi ta’ ġbir, wara li tiġi sottomessa mill-entitajiet, tkun aċċessibbli mingħajr dewmien żejjed fuq l-ESAP;
(b)
tipprovdi appoġġ ta’ servizz lill-korpi ta’ ġbir;
(c)
tiżgura li l-ESAP ikun aċċessibbli għal mill-anqas 97 % tal-ħin fix-xahar, mingħajr ma jitqiesu każijiet ta’ manutenzjoni skedata, aġġornamenti tal-kontenut u aġġornamenti tal-paġni, f’liema każ għandu jingħata avviż ċar lill-utenti fejn jiġi indikat id-durata probabbli tal-interruzzjoni tas-servizzi pprovduti mill-ESAP;
(d)
tikkonsulta, kif xieraq, mal-korpi ta’ ġbir sabiex tindirizza kwistjonijiet komuni u prinċipji ta’ kondotta komuni, u b’mod partikolari sabiex tiddiskuti:
(i)
il-ġestjoni ta’ kuljum tal-ESAP;
(ii)
l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar il-kwalità u, meta xieraq, ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejn l-ESMA u l-korpi ta’ ġbir;
(iii)
il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tal-ESAP, inkluż is-sitwazzjonijiet li fihom jistgħu jiġu imposti t-tariffi u l-kalkolu ta’ dawk it-tariffi;
(iv)
theddid eżistenti u potenzjali b’rabta maċ-ċibersigurtà;
(v)
l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP fir-rigward ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 5(8);
(e)
timmonitorja l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP u tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni dwarhom, kif speċifikat fl-Artikolu 12. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|