+Artikolu 12 Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
|
Artikolu 12 Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha timmonitorja l-funzjonament tal-ESAP abbażi ta’ mill-anqas l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 2, u għandha tippubblika u tissottometti rapport annwali dwar il-funzjonament tal-ESAP lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:
(a)
in-numru ta’ viżitaturi, tfittxijiet u tniżżil;
(b)
it-tipi ta’ informazzjoni li jkunu rawhom u tniżżlu skont il-perċentwal;
(c)
it-tariffi msemmija fl-Artikolu 8(2) u l-ammonti imposti mill-ESMA;
(d)
il-perċentwal ta’ tfittxijiet li jwasslu għal viżjoni jew għal tniżżil skont it-tip ta’ informazzjoni u aċċess;
(e)
l-ammont u l-perċentwal ta’ informazzjoni li tinqara mill-magni aċċessibbli fuq l-ESAP u l-ammont u l-perċentwal ta’ viżjonijiet u tniżżil li jinqraw mill-magni;
(f)
il-proporzjon ta’ notifiki skont il-validazzjonijiet awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 10(2);
(g)
kwalunkwe ħsara jew inċident sinifikanti b’effett fuq it-tħaddim jew il-prestazzjoni ġenerali tal-ESAP;
(h)
valutazzjoni tal-aċċessibbiltà, tal-kwalità, tal-utilizzabbiltà, tal-affidabbiltà u tal-puntwalità tal-informazzjoni fuq l-ESAP;
(i)
valutazzjoni ta’ jekk l-ESAP jissodisfax l-objettivi tiegħu, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-użu tiegħu u tal-flussi ta’ informazzjoni fl-Unjoni;
(j)
valutazzjoni tas-sodisfazzjon tal-utent finali;
(k)
tqabbil ma’ sistemi simili f’pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Qabel ma tissottometti r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tikkonsulta lit-task force, il-grupp jew il-kumitat ad hoc li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament u tista’ tikkonsulta lill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2859
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|