|
+Artikolu 12 2. |
Artikolu 12 2.L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:
(a)
in-numru ta’ viżitaturi, tfittxijiet u tniżżil;
(b)
it-tipi ta’ informazzjoni li jkunu rawhom u tniżżlu skont il-perċentwal;
(c)
it-tariffi msemmija fl-Artikolu 8(2) u l-ammonti imposti mill-ESMA;
(d)
il-perċentwal ta’ tfittxijiet li jwasslu għal viżjoni jew għal tniżżil skont it-tip ta’ informazzjoni u aċċess;
(e)
l-ammont u l-perċentwal ta’ informazzjoni li tinqara mill-magni aċċessibbli fuq l-ESAP u l-ammont u l-perċentwal ta’ viżjonijiet u tniżżil li jinqraw mill-magni;
(f)
il-proporzjon ta’ notifiki skont il-validazzjonijiet awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 10(2);
(g)
kwalunkwe ħsara jew inċident sinifikanti b’effett fuq it-tħaddim jew il-prestazzjoni ġenerali tal-ESAP;
(h)
valutazzjoni tal-aċċessibbiltà, tal-kwalità, tal-utilizzabbiltà, tal-affidabbiltà u tal-puntwalità tal-informazzjoni fuq l-ESAP;
(i)
valutazzjoni ta’ jekk l-ESAP jissodisfax l-objettivi tiegħu, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-użu tiegħu u tal-flussi ta’ informazzjoni fl-Unjoni;
(j)
valutazzjoni tas-sodisfazzjon tal-utent finali;
(k)
tqabbil ma’ sistemi simili f’pajjiżi terzi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|