|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba elenkata fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, meta tkun intenzjonali, u l-imġiba msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn titwettaq b’mill-inqas negliġenza serja, tikkostitwixxi reat kriminali fejn dik l-imġiba tkun illegali. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, imġiba għandha titqies illegali meta tkun tikser:
(a)
il-liġi tal-Unjoni li tikkontribwixxi għas-segwitu ta’ wieħed mill-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE; jew
(b)
il-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru, jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, li tagħti effett lil-liġi tal-Unjoni msemmi fil-punt (a). Tali imġiba għandha tkun illegali anke meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jekk tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b’mod frodulenti jew permezz ta’ korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni, jew jekk tali awtorizzazzjoni tikser b’mod ċar rekwiżiti legali sostantivi relevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|