+Artikolu 3 Reati kriminali
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.

Artikolu 3 Reati kriminali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba elenkata fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, meta tkun intenzjonali, u l-imġiba msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn titwettaq b’mill-inqas negliġenza serja, tikkostitwixxi reat kriminali fejn dik l-imġiba tkun illegali.

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, imġiba għandha titqies illegali meta tkun tikser:

(a) 

il-liġi tal-Unjoni li tikkontribwixxi għas-segwitu ta’ wieħed mill-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE; jew

(b) 

il-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru, jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, li tagħti effett lil-liġi tal-Unjoni msemmi fil-punt (a).

Tali imġiba għandha tkun illegali anke meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jekk tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b’mod frodulenti jew permezz ta’ korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni, jew jekk tali awtorizzazzjoni tikser b’mod ċar rekwiżiti legali sostantivi relevanti.

Artikolu 3 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali meta din tkun illegali u intenzjonata:

(a) 

l-iskariku, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta’ kwantità ta’ materjali jew sustanzi, enerġija jew radjazzjoni jonizzanti, fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma li tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

(b) 

it-tqegħid fis-suq, bi ksur ta’ projbizzjoni jew ta’ rekwiżit ieħor li għandu l-għan li jipproteġi l-ambjent, ta’ prodott li l-użu tiegħu fuq skala ikbar, jiġifieri l-użu tal-prodott minn bosta utenti, indipendentement min-numru tagħhom, jirriżulta fi skariku, emissjoni jew introduzzjoni ta’ kwantità ta’ materjali jew sustanzi, enerġija jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma u li jikkawża jew x’aktarx jikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

(c) 

il-manifattura, it-tqegħid jew id-disponibbiltà fis-suq, l-esportazzjoni jew l-użu ta’ sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, inkluża l-inkorporazzjoni tagħhom f’oġġetti, meta tali mġiba tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna, ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti u:

(i) 

tkun ristretta skont it-Titolu VIII ta’ u l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(ii) 

tkun ipprojbita skont it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(iii) 

ma tkunx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(iv) 

ma tkunx f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(v) 

ma tkunx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ); jew

(vi) 

tkun ipprojbita skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(d) 

il-manifattura, l-użu, il-ħżin, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-merkurju, tal-komposti tal-merkurju, tat-taħlitiet tal-merkurju, u tal-prodotti miżjudin bil-merkurju meta tali mġiba ma tkunx f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u tikkawża jew x’aktarx tikkawża il-mewt ta’, jew il-korriment serju lil, kwalunkwe persuna, ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

(e) 

l-eżekuzzjoni ta’ proġetti skont it-tifsira fl-Artikolu 1(2)(a), kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) u (2), tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), meta tali mġiba titwettaq mingħajr kunsens għall-iżvilupp u tikkawża jew x’aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja jew tal-ħamrija, jew lill-kwalita jew l-istat tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

(f) 

il-ġbir, it-trasport jew it-trattament ta’ skart, is-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-manutenzjoni tas-siti tar-rimi, inkluża l-azzjoni li tittieħed minn negozjanti jew sensara, meta tali mġiba:

(i) 

tikkonċerna l-iskart perikoluż kif definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u tikkonċerna kwantità mhux negliġibbli ta’ tali skart; jew

(ii) 

tikkonċerna skart ieħor minn dak imsemmi fil-punt (i) u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

▼C1

(g) 

il-vjeġġ ta’ skart, skont it-tifsira fl-Artikolu 3, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), meta tali mġiba tikkonċerna kwantità mhux negliġibbli, kemm jekk issir fi vjeġġ wieħed jew f’diversi vjeġġi li jidhru li jkunu konnessi;

▼B

(h) 

ir-riċiklaġġ ta’ bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 meta tali mġiba ma tkunx f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;

(i) 

l-iskariku minn bastimenti ta’ sustanzi li jniġġsu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/35/KE fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva, ħlief meta tali skariku minn bastimenti jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva, li jikkawża jew li x’aktarx jikkawża deterjorament fil-kwalità tal-ilma jew ħsara lill-ambjent tal-baħar;

(j) 

it-tħaddim jew l-għeluq ta’ stallazzjoni li fiha ssir attività perikoluża jew li fiha jinħażnu jew jintużaw sustanzi jew taħlitiet perikolużi, meta tali mġiba u tali attività, sustanza jew taħlita perikoluża jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), jew tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), u tali mġiba tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

(k) 

il-kostruzzjoni, l-operat u ż-żarmar ta’ installazzjoni, meta tali mġiba u tali installazzjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), u tali mġiba tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

(l) 

il-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-immaniġġjar, l-użu, iż-żamma, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-rimi ta’ materjal radjuattiv jew sustanzi radjuattivi, meta tali mġiba jew tali materjali jew sustanzi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2013/59/Euratom ( 13 ), 2014/87/Euratom ( 14 ) jew 2013/51/Euratom ( 15 ), u tali mġiba tikkawża jew li x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

(m) 

l-astrazzjoni tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta’ taħt l-art skont it-tifsira fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), meta tali mġiba tikkawża jew x’aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-istatus ekoloġiku jew lill-potenzjal ekoloġiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ jew lill-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art;

(n) 

il-qtil, il-qerda, it-teħid, il-pussess, il-bejgħ jew l-offerta għall-bejgħ ta’ eżemplar jew eżemplari ta’ speċijiet ta’ fawna jew flora selvaġġi elenkati fl-Anness IV, jew fl-Anness V meta l-ispeċijiet f’dak l-Anness ikunu soġġetti għall-istess miżuri bħal dawk adottati għall-ispeċijiet fl-Anness IV, għad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 17 ) u ta’ eżemplar jew eżemplari tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), ħlief meta tali mġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ tali eżemplari;

(o) 

il-kummerċ ta’ eżemplar jew eżemplari, jew ta’ partijiet jew ta’ derivattivi tagħhom, ta’ speċijiet ta’ fawna jew flora selvaġġi, elenkati fl-Annessi A u B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 ( 19 ), u l-importazzjoni ta’ eżemplar jew eżemplari, jew ta’ partijiet jew ta’ derivattivi tagħhom, ta’ tali speċijiet elenkati fl-Anness C ta’ dak ir-Regolament, ħlief għal każijiet meta tali mġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ tali eżemplari;

(p) 

l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jew l-esportazzjoni mis-suq tal-Unjoni ta’ komoditajiet rilevanti jew prodotti rilevanti bi ksur tal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/1115, ħlief meta tali mġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli;

(q) 

kwalunkwe mġiba li tikkawża d-degradazzjoni ta’ ħabitat f’sit protett, jew id-disturbanza ta’ speċijiet tal-annimali elenkati fl-Anness II, il-punt (a), tad-Direttiva 92/43/KEE f’sit protett, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva, meta tali degradazzjoni jew disturbanza tkun sinifikanti;

(r) 

l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, it-tqegħid fis-suq, iż-żamma, it-tnissil, it-trasport, l-użu, l-iskambju, il-permess għar-riproduzzjoni, it-tkabbir jew il-kultivazzjoni, ir-rilaxx fl-ambjent, jew it-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma ta’ tħassib għall-Unjoni, meta tali mġiba tikser:

(i) 

ir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti; jew

(ii) 

kundizzjoni ta’ permess maħruġ skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 jew ta’ awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;

(s) 

il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, jew ir-rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, kemm jekk waħidhom kif ukoll jekk bħala taħlitiet, kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), jew il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew l-użu ta’ prodotti u tagħmir, u l-partijiet tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) ta’ dak ir-Regolament;

(t) 

il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, jew ir-rilaxx ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, kemm jekk waħidhom kif ukoll jekk bħala taħlitiet, kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ) jew il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew l-użu ta’ prodotti u tagħmir, u l-partijiet tagħhom, li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament, jew it-tħaddim ta’ tali prodotti u tagħmir.

Artikolu 3 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reati kriminali relatati mal-imġiba elenkata fil-paragrafu 2 jikkostitwixxu reati kriminali kwalifikati jekk tali imġiba tikkawża:

(a) 

l-qerda ta’, jew ħsara mifruxa u sostanzjali. Għall-ekosistema ta’ daqs jew valur ambjentali konsiderevoli, jew ta’ ħabitat f’sit protett li tkun irriversibbli jew fit-tul, jew

(b) 

ħsara mifruxa u sostanzjali għal-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, li tkun irriversibbli jew fit-tul.

Artikolu 3 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba elenkata fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), il-punti (f) u (g), il-punti (i) sa (q), il-punt (r)(ii), u l-punti (s) u (t), tikkostitwixxi reat kriminali meta dik l-imġiba tkun illegali u titwettaq b’mill-inqas negliġenza serja.
Artikolu 3 5.
Minbarra r-reati kriminali relatati mal-imġiba elenkata fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jipprevedu reati kriminali addizzjonali sabiex jipproteġu l-ambjent.
Artikolu 3 6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġi vvalutat jekk il-ħsara jew il-ħsara probabbli tkunx sostanzjali, fir-rigward ta’ imġiba relatata mal-imġiba elenkata fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e), il-punt (f)(ii), il-punti (j) sa (m), u il-punt (r), jitqiesu wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, meta jkun rilevanti:

(a) 

il-kundizzjoni bażi tal-ambjent affettwat;

(b) 

jekk il-ħsara tkunx fit-tul, fuq perjodu ta’ żmien medju jew fuq perjodu ta’ żmien qasir;

(c) 

il-firxa tal-ħsara;

(d) 

ir-riversibbiltà tal-ħsara.

Artikolu 3 7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġi vvalutat jekk imġiba elenkata fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e), il-punt (f)(ii), il-punti (i) sa (m), u l-punt (r),huwiex probabbli li jikkawża ħsara lill-kwalità tal-arja jew tal-ħamrija, jew lill-kwalità jew lill-istatus tal-ilma, jew lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti, jitqiesu wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, meta jkun rilevanti:

(a) 

l-imġiba tkun relatata ma’ attività li titqies bħala riskjuża jew perikoluża għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, u tkun teħtieġ awtorizzazzjoni li ma tkunx inkisbet jew ġiet osservata;

(b) 

il-punt sa fejn limitu regolatorju, valur jew parametru ieħor mandatorju stabbilit fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b), jew f’awtorizzazzjoni maħruġa għall-attività relevanti jiġi maqbuż;

(c) 

jekk il-materjal jew is-sustanza jkunux ikklassifikati bħala perikolużi jew inkella elenkati bħala dannużi għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 3 8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-evalwazzjoni ta’ jekk kwantità hijiex negliġibbli jew mhux negliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (f)(i), u l-punti (g), (n), (o) u (p), għandhom jitqiesu wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, meta jkun rilevanti:

(a) 

l-għadd ta’ oġġetti kkonċernati;

(b) 

il-punt sa fejn jinqabeż limitu, valur jew parametru obbligatorju regolatorju ieħor stabbilit fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punti (a) jew (b);

(c) 

l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ta’ fawna jew flora kkonċernati;

(d) 

il-kost tar-restawr tal-ambjent, meta jkun fattibbli li dak il-kost jiġi vvalutat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.