|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali meta din tkun illegali u intenzjonata:
(a)
l-iskariku, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta’ kwantità ta’ materjali jew sustanzi, enerġija jew radjazzjoni jonizzanti, fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma li tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(b)
it-tqegħid fis-suq, bi ksur ta’ projbizzjoni jew ta’ rekwiżit ieħor li għandu l-għan li jipproteġi l-ambjent, ta’ prodott li l-użu tiegħu fuq skala ikbar, jiġifieri l-użu tal-prodott minn bosta utenti, indipendentement min-numru tagħhom, jirriżulta fi skariku, emissjoni jew introduzzjoni ta’ kwantità ta’ materjali jew sustanzi, enerġija jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma u li jikkawża jew x’aktarx jikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(c)
il-manifattura, it-tqegħid jew id-disponibbiltà fis-suq, l-esportazzjoni jew l-użu ta’ sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, inkluża l-inkorporazzjoni tagħhom f’oġġetti, meta tali mġiba tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna, ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti u:
(i)
tkun ristretta skont it-Titolu VIII ta’ u l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(ii)
tkun ipprojbita skont it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(iii)
ma tkunx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(iv)
ma tkunx f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(v)
ma tkunx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ); jew
(vi)
tkun ipprojbita skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(d)
il-manifattura, l-użu, il-ħżin, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-merkurju, tal-komposti tal-merkurju, tat-taħlitiet tal-merkurju, u tal-prodotti miżjudin bil-merkurju meta tali mġiba ma tkunx f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u tikkawża jew x’aktarx tikkawża il-mewt ta’, jew il-korriment serju lil, kwalunkwe persuna, ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(e)
l-eżekuzzjoni ta’ proġetti skont it-tifsira fl-Artikolu 1(2)(a), kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) u (2), tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), meta tali mġiba titwettaq mingħajr kunsens għall-iżvilupp u tikkawża jew x’aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja jew tal-ħamrija, jew lill-kwalita jew l-istat tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(f)
il-ġbir, it-trasport jew it-trattament ta’ skart, is-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-manutenzjoni tas-siti tar-rimi, inkluża l-azzjoni li tittieħed minn negozjanti jew sensara, meta tali mġiba:
(i)
tikkonċerna l-iskart perikoluż kif definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u tikkonċerna kwantità mhux negliġibbli ta’ tali skart; jew
(ii)
tikkonċerna skart ieħor minn dak imsemmi fil-punt (i) u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(g)
il-vjeġġ ta’ skart, skont it-tifsira fl-Artikolu 3, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), meta tali mġiba tikkonċerna kwantità mhux negliġibbli, kemm jekk issir fi vjeġġ wieħed jew f’diversi vjeġġi li jidhru li jkunu konnessi;
(h)
ir-riċiklaġġ ta’ bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 meta tali mġiba ma tkunx f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;
(i)
l-iskariku minn bastimenti ta’ sustanzi li jniġġsu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/35/KE fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva, ħlief meta tali skariku minn bastimenti jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva, li jikkawża jew li x’aktarx jikkawża deterjorament fil-kwalità tal-ilma jew ħsara lill-ambjent tal-baħar;
(j)
it-tħaddim jew l-għeluq ta’ stallazzjoni li fiha ssir attività perikoluża jew li fiha jinħażnu jew jintużaw sustanzi jew taħlitiet perikolużi, meta tali mġiba u tali attività, sustanza jew taħlita perikoluża jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), jew tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), u tali mġiba tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(k)
il-kostruzzjoni, l-operat u ż-żarmar ta’ installazzjoni, meta tali mġiba u tali installazzjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), u tali mġiba tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(l)
il-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-immaniġġjar, l-użu, iż-żamma, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-rimi ta’ materjal radjuattiv jew sustanzi radjuattivi, meta tali mġiba jew tali materjali jew sustanzi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2013/59/Euratom ( 13 ), 2014/87/Euratom ( 14 ) jew 2013/51/Euratom ( 15 ), u tali mġiba tikkawża jew li x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(m)
l-astrazzjoni tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta’ taħt l-art skont it-tifsira fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), meta tali mġiba tikkawża jew x’aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-istatus ekoloġiku jew lill-potenzjal ekoloġiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ jew lill-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art;
(n)
il-qtil, il-qerda, it-teħid, il-pussess, il-bejgħ jew l-offerta għall-bejgħ ta’ eżemplar jew eżemplari ta’ speċijiet ta’ fawna jew flora selvaġġi elenkati fl-Anness IV, jew fl-Anness V meta l-ispeċijiet f’dak l-Anness ikunu soġġetti għall-istess miżuri bħal dawk adottati għall-ispeċijiet fl-Anness IV, għad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 17 ) u ta’ eżemplar jew eżemplari tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), ħlief meta tali mġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ tali eżemplari;
(o)
il-kummerċ ta’ eżemplar jew eżemplari, jew ta’ partijiet jew ta’ derivattivi tagħhom, ta’ speċijiet ta’ fawna jew flora selvaġġi, elenkati fl-Annessi A u B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 ( 19 ), u l-importazzjoni ta’ eżemplar jew eżemplari, jew ta’ partijiet jew ta’ derivattivi tagħhom, ta’ tali speċijiet elenkati fl-Anness C ta’ dak ir-Regolament, ħlief għal każijiet meta tali mġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ tali eżemplari;
(p)
l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jew l-esportazzjoni mis-suq tal-Unjoni ta’ komoditajiet rilevanti jew prodotti rilevanti bi ksur tal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/1115, ħlief meta tali mġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli;
(q)
kwalunkwe mġiba li tikkawża d-degradazzjoni ta’ ħabitat f’sit protett, jew id-disturbanza ta’ speċijiet tal-annimali elenkati fl-Anness II, il-punt (a), tad-Direttiva 92/43/KEE f’sit protett, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva, meta tali degradazzjoni jew disturbanza tkun sinifikanti;
(r)
l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, it-tqegħid fis-suq, iż-żamma, it-tnissil, it-trasport, l-użu, l-iskambju, il-permess għar-riproduzzjoni, it-tkabbir jew il-kultivazzjoni, ir-rilaxx fl-ambjent, jew it-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma ta’ tħassib għall-Unjoni, meta tali mġiba tikser:
(i)
ir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti; jew
(ii)
kundizzjoni ta’ permess maħruġ skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 jew ta’ awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew ħsara sostanzjali lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti;
(s)
il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, jew ir-rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, kemm jekk waħidhom kif ukoll jekk bħala taħlitiet, kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), jew il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew l-użu ta’ prodotti u tagħmir, u l-partijiet tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) ta’ dak ir-Regolament;
(t)
il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, jew ir-rilaxx ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, kemm jekk waħidhom kif ukoll jekk bħala taħlitiet, kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ) jew il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew l-użu ta’ prodotti u tagħmir, u l-partijiet tagħhom, li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk il-gassijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament, jew it-tħaddim ta’ tali prodotti u tagħmir. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|