+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
|
Artikolu 1 Suġġett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Din id-Direttiva tippromwovi t-titjib fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini fi ħdan l-Unjoni, bil-ħsieb li jinkiseb stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi esterni, il-kundizzjonijiet lokali, ir-rekwiżiti għall-kwalità ambjentali interna u l-kosteffettività.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti dwar:
(a)
il-qafas ġenerali komuni għall-metodoloġija tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini u tal-unitajiet tal-bini fl-użu integrat tal-enerġija;
(b)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini ġdid u għal unitajiet tal-bini ġdid;
(c)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija:
(i)
il-bini eżistenti u l-unitajiet tal-bini eżistenti li huma li għaddejjin minn rinnovazzjoni maġġuri;
(ii)
l-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu rinnovati jew sostitwiti;
(iii)
is-sistemi tekniċi tal-bini fejn jiġu installati, sostitwiti jew aġġornati;
(d)
l-applikazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti u l-unitajiet tal-bini eżistenti, f’konformità mal-Artikoli 3 u 9;
(e)
il-kalkolu u l-iżvelar tal-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;
(f)
l-enerġija solari fil-bini;
(g)
il-passaporti tar-rinnovazzjoni;
(h)
il-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini;
(i)
l-infrastruttura tal-mobbiltà sostenibbli fil-bini u maġenb il-bini;
(k)
iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-użu tal-enerġija fil-bini jew fl-unitajiet tal-bini;
(l)
spezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-ventilazzjoni u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata fil-bini;
(m)
sistemi tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi għall-potenzjal intelliġenti u rapporti ta’ spezzjonijiet;
(n)
ir-rendiment tal-kwalità ambjentali interna tal-bini.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhomx jipprevjenu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri aktar stretti, dment li tali miżuri huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|