|
+Artikolu 1 2. |
Artikolu 1 2.Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti dwar:
(a)
il-qafas ġenerali komuni għall-metodoloġija tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini u tal-unitajiet tal-bini fl-użu integrat tal-enerġija;
(b)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini ġdid u għal unitajiet tal-bini ġdid;
(c)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija:
(i)
il-bini eżistenti u l-unitajiet tal-bini eżistenti li huma li għaddejjin minn rinnovazzjoni maġġuri;
(ii)
l-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu rinnovati jew sostitwiti;
(iii)
is-sistemi tekniċi tal-bini fejn jiġu installati, sostitwiti jew aġġornati;
(d)
l-applikazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti u l-unitajiet tal-bini eżistenti, f’konformità mal-Artikoli 3 u 9;
(e)
il-kalkolu u l-iżvelar tal-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;
(f)
l-enerġija solari fil-bini;
(g)
il-passaporti tar-rinnovazzjoni;
(h)
il-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini;
(i)
l-infrastruttura tal-mobbiltà sostenibbli fil-bini u maġenb il-bini;
(j)
il-bini intelliġenti;
(k)
iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-użu tal-enerġija fil-bini jew fl-unitajiet tal-bini;
(l)
spezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-ventilazzjoni u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata fil-bini;
(m)
sistemi tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi għall-potenzjal intelliġenti u rapporti ta’ spezzjonijiet;
(n)
ir-rendiment tal-kwalità ambjentali interna tal-bini. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|