|
+Artikolu 9 4. |
Artikolu 9 4.F’konformità mal-Artikolu 17, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bil-miżuri kollha li ġejjin:
(a)
jiġu pprovduti miżuri finanzjarji xierqa, b’mod partikolari dawk immirati lejn unitajiet domestiċi vulnerabbli, persuni affettwati mill-faqar enerġetiku jew, fejn applikabbli, li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791;
(b)
l-għoti ta’ assistenza teknika, inkluż permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz b’enfasi partikolari fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli u, fejn applikabbli, persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791;
(c)
it-tfassil ta’ skemi integrati ta’ finanzjament, li jipprovdu inċentivi għal rinnovazzjonijiet profondi u rinnovazzjonijiet profondi fi stadji, skont l-Artikolu 17;
(d)
it-tneħħija ta’ ostakli mhux ekonomiċi, inklużi inċentivi opposti; u
(e)
il-monitoraġġ tal-impatti soċjali, b’mod partikolari fuq l-aktar unitajiet domestiċi vulnerabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|