+Artikolu 4 Salvagwardji
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2

Artikolu 4 Salvagwardji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji bi struttura MVS li l-ishma tagħhom ser jiġu nnegozjati jew huma nnegozjati f’MTF wara li jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont l-Artikolu 3 jkollhom fis-seħħ salvagwardji xierqa biex jipprevedu protezzjoni adegwata tal-interessi tal-azzjonisti li ma għandhomx MVSs. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li d-deċiżjoni ta’ kumpanija li timmodifika struttura MVS b’mod li jaffettwa d-drittijiet tal-vot tal-ishma tittieħed mil-laqgħa ġenerali b’mill-inqas maġġoranza kwalifikata kif speċifikata fil-liġi nazzjonali, u jiżguraw li tali deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal vot separat f’kull klassi tal-ishma li d-drittijiet tagħhom huma affettwati;

(b)

jillimitaw l-impatt tal-MVSs fuq il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-laqgħa ġenerali billi jintroduċu mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

proporzjon massimu tal-għadd ta’ voti marbuta mal-MVSs mal-għadd ta’ voti marbuta mal-ishma bl-inqas drittijiet tal-vot;

(ii)

rekwiżit li deċiżjonijiet mil-laqgħa ġenerali soġġetti għal maġġoranza kwalifikata tal-voti mitfugħa kif speċifikata fil-liġi nazzjonali, eskluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra u t-tkeċċija ta’ membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-kumpanija, u eskluż ukoll deċiżjonijiet operattivi li għandhom jittieħdu minn tali korpi li jiġu ppreżentata fil-laqgħa ġenerali għall-approvazzjoni, għandhom jiġu adottati bi:

(1)

maġġoranza kwalifikata, kif speċifikata fil-liġi nazzjonali, kemm tal-voti mitfugħa kif ukoll jew tal-kapital azzjonarju rrappreżentat fil-laqgħa ġenerali inkella tal-għadd ta’ ishma rappreżentati fil-laqgħa ġenerali; jew

(2)

maġġoranza kwalifikata, kif speċifikata fil-liġi nazzjonali, tal-voti mitfugħa, u soġġett għal vot separat f’kull klassi ta’ ishma li d-drittijiet tagħhom huma affettwati.

Artikolu 4 2

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu salvagwardji ulterjuri biex jiżguraw protezzjoni adegwata tal-interessi tal-azzjonisti li ma jkollhomx MVSs. Tali salvagwardji jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet biex jiġi pprevenut li d-drittijiet tal-vot imsaħħa marbuta mal-MVSs jibqgħu jeżistu wara:

(a)

it-trasferiment tagħhom lil partijiet terzi jew mal-mewt, l-inkapaċità jew l-irtirar tad-detentur oriġinali ta’ dawk l-MVSs (klawżola ta’ estinzjoni bbażata fuq trasferiment);

(b)

perjodu ta’ żmien speċifikat (klawżola ta’ estinzjoni bbażata fuq iż-żmien);

(c)

l-okkorrenza ta’ avveniment speċifikat (klawżola ta’ estinzjoni bbażata fuq avveniment).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2810
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.