1. Sal-31 ta’ Diċembru 2030, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, u iktar ta’ spiss jekk sejbiet xjentifiċi ġodda sostanzjali, bħal-Linji Gwida riveduti tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja, jindikaw il-ħtieġa għaliha, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-evidenza xjentifika relatata mas-sustanzi niġġiesa tal-arja u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent rilevanti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u tippreżenta rapport bis-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.