+Artikolu 3 Rieżami regolari
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5

Artikolu 3 Rieżami regolari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2030, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, u iktar ta’ spiss jekk sejbiet xjentifiċi ġodda sostanzjali, bħal-Linji Gwida riveduti tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja, jindikaw il-ħtieġa għaliha, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-evidenza xjentifika relatata mas-sustanzi niġġiesa tal-arja u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent rilevanti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u tippreżenta rapport bis-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 3 2

2.   Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta jekk l-istandards applikabbli tal-kwalità tal-arja għadhomx xierqa biex jintlaħaq l-għan li jiġu evitati, ipprevenuti jew imnaqqsa l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u jekk jenħtieġx li jiġu koperti sustanzi niġġiesa tal-arja addizzjonali.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, ir-rieżami għandu jivvaluta l-għażliet u l-iskedi ta’ żmien għall-allinjament tal-istandards tal-kwalità tal-arja mal-Linji Gwida l-iktar reċenti tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja u mal-evidenza xjentifika l-iktar aġġornata.

Ir-rieżami għandu jivvaluta wkoll id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ din id-Direttiva, inklużi dawk dwar il-posponiment tal-iskadenzi għall-kisba u dwar it-tniġġis transkonfini tal-arja, u barra minn hekk, għandu jivvaluta l-evidenza xjentifika l-iktar aġġornata, inkluż, fejn applikabbli, dwar sustanzi niġġiesa tal-arja mkejla fis-supersiti ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 10 iżda li bħalissa mhumiex inklużi fl-Anness I.

Għall-finijiet tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni xjentifika l-iktar reċenti minn korpi rilevanti tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali, bħad-WHO u l-Konvenzjoni tal-UNECE dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini f’Distanza Twila, u organizzazzjonijiet xjentifiċi rilevanti oħra;

(b)

bidliet fl-imġiba, politiki fiskali u żviluppi teknoloġiċi li għandhom impatt fuq il-kwalità tal-arja u l-valutazzjoni tagħha;

(c)

is-sitwazzjonijiet tal-kwalità tal-arja u l-impatti assoċjati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż l-effetti tal-ożonu fuq il-veġetazzjoni, fl-Istati Membri;

(d)

il-kostijiet diretti u indiretti tal-kura tas-saħħa u ambjentali assoċjati mat-tniġġis tal-arja;

(e)

l-impatti fuq in-natura u l-impatti soċjoekonomiċi ta’ azzjonijiet komplementari li għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu għanijiet ġodda kif ukoll analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta’ dawn l-azzjonijiet;

(f)

il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis nazzjonali u tal-Unjoni għas-sustanzi niġġiesa u fit-titjib tal-kwalità tal-arja;

(g)

il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sorsi fil-livell tal-Unjoni għas-setturi u l-attivitajiet li jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja, inkluż il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni;

(h)

l-informazzjoni rilevanti ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-finijiet tar-rieżami;

(i)

l-introduzzjoni minn Stati Membri individwali ta’ standards tal-kwalità tal-arja aktar iebsa f’konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE.

Artikolu 3 3

3.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tar-rieżami.

Artikolu 3 4

4.   Fejn il-Kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn, b’riżultat tar-rieżami, hija għandha tippreżenta proposta biex tirrevedi l-istandards tal-kwalità tal-arja jew biex tkopri sustanzi niġġiesa oħra tal-arja. Barra minn hekk, fejn il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ, hija għandha tippreżenta proposti biex tintroduċi jew tirrevedi kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sors sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-istandards riveduti tal-kwalità tal-arja proposti fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 3 5

5.   Jekk il-Kummissjoni, matul ir-rieżami, tidentifika li huma meħtieġa iktar miżuri biex jinkisbu standards applikabbli tal-kwalità tal-arja f’żona sinifikanti tat-territorju tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed fil-livell tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.