5. Ir-riżultati tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar użati f’konformità mal-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 9(3), jew tal-kejl indikattiv għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fir-rigward tal-valuri limitu u l-valuri fil-mira.
Jekk ikun disponibbli kejl fiss b’żona ta’ rappreżentattività spazjali li tkopri ż-żona tal-qabżiet ikkalkulata mill-applikazzjoni ta’ mmudellar, Stat Membru jista’ jagħżel li ma jirrapportax il-qabża mmudellata bħala qabża tal-valuri limitu u l-valuri fil-mira rilevanti.