2. F’żoni fejn il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jkunu taħt il-valuri fil-mira rispettivi speċifikati fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa li ma jinvolvux kostijiet sproporzjonati biex iżommu dawk il-livelli taħt il-valuri fil-mira.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jiksbu l-għanijiet fit-tul għall-ożonu speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, u, ladarba jintlaħqu, għandhom jagħmlu sforz biex iżommu l-livelli tal-ożonu taħt dawk l-għanijiet fit-tul sa fejn jippermettu fatturi li jinkludu n-natura transkonfini tat-tniġġis tal-ożonu, il-komposti organiċi volatili minn sorsi bijoġeniċi u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, u sakemm kwalunkwe miżura meħtieġa ma tinvolvix kostijiet sproporzjonati.