+Artikolu 12 Rekwiżiti fejn il-livelli jkunu anqas mill-valuri limitu, mill-valuri fil-mira u mill-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
|
Artikolu 12 Rekwiżiti fejn il-livelli jkunu anqas mill-valuri limitu, mill-valuri fil-mira u mill-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. F’żoni fejn il-livelli tad-diossidu ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jkunu taħt il-valuri limitu rispettivi speċifikati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom iżommu l-livelli ta’ dawk is-sustanzi niġġiesa taħt il-valuri limitu.
|
|
Artikolu 12 2
|
2. F’żoni fejn il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jkunu taħt il-valuri fil-mira rispettivi speċifikati fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa li ma jinvolvux kostijiet sproporzjonati biex iżommu dawk il-livelli taħt il-valuri fil-mira.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jiksbu l-għanijiet fit-tul għall-ożonu speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, u, ladarba jintlaħqu, għandhom jagħmlu sforz biex iżommu l-livelli tal-ożonu taħt dawk l-għanijiet fit-tul sa fejn jippermettu fatturi li jinkludu n-natura transkonfini tat-tniġġis tal-ożonu, il-komposti organiċi volatili minn sorsi bijoġeniċi u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, u sakemm kwalunkwe miżura meħtieġa ma tinvolvix kostijiet sproporzjonati.
|
|
Artikolu 12 3
|
3. F’unitajiet territorjali tal-esponiment medju fejn l-indikaturi tal-esponiment medju għall-PM2,5 u l-NO2 huma taħt il-valur rispettiv tal-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għal dawk is-sustanzi niġġiesa kif stabbilit fit-Taqsima 5 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom iżommu l-livelli ta’ dawk is-sustanzi niġġiesa taħt l-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju.
|
|
Artikolu 12 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jiksbu u jippreżervaw l-aħjar kwalità tal-arja ambjentali u livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, bil-għan li jinkiseb l-għan ta’ tniġġis żero kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-WHO, u taħt il-livelli limitu ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness II.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|