+Artikolu 13 Valuri limitu, valuri fil-mira u obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6
---+Artikolu 13 7
|
Artikolu 13 Valuri limitu, valuri fil-mira u obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fiż-żoni kollha tagħhom, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali ma’ jaqbżux il-valuri limitu rispettivi stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 13 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, billi jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux kostijiet sproporzjonati, li l-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fiż-żoni kollha tagħhom ma jaqbżux il-valuri fil-mira rispettivi, kif stipulat fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 13 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju għal PM2,5 u NO2 stipulati fit-Taqsima 5, il-Punt B, tal-Anness I, jintlaħqu fl-unitajiet territorjali tal-esponiment medju tagħhom kollha, fejn jaqbżu l-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju stabbiliti fit-Taqsima 5, il-Punt C, tal-Anness I.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. Il-konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Anness IV.
|
|
Artikolu 13 5
|
5. L-indikaturi tal-esponiment medju għandhom jiġu vvalutati f’konformità mat-Taqsima 5, il-Punt A, tal-Anness I.
|
|
Artikolu 13 6
|
6. L-iskadenza biex jintlaħqu l-valuri limitu stabbiliti fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I tista’ tiġi posposta f’konformità mal-Artikolu 18.
|
|
Artikolu 13 7
|
7. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar iebsa, inklużi standards tal-kwalità tal-arja aktar iebsa minn dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali miżuri lill-Kummissjoni fi tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|