+Artikolu 18 1

Artikolu 18 1

1.   Fejn, f’żona partikolari, il-konformità mal-valuri limitu għall-materja partikolata (PM10 u PM2,5), id-diossidu tan-nitroġenu, il-benżen jew il-benżo(a)piren ma jistgħux jinkisbu sal-iskadenza speċifikata fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I, l-Istati Membri jistgħu jipposponu dik l-iskadenza għal dik iż-żona partikolari b’perjodu ġġustifikat minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

sal-1 ta’ Jannar 2040, jekk iġġustifikat minn karatteristiċi ta’ dispersjoni speċifiċi għas-sit, kundizzjonijiet ta’ konfini orografiċi, kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena, kontributi transkonfini, jew fejn it-tnaqqis meħtieġ jista’ jinkiseb biss billi tiġi sostitwita frazzjoni konsiderevoli tas-sistemi tat-tisħin domestiku eżistenti li huma s-sors ta’ tniġġis li jikkawża qabżiet; jew

(b)

sal-1 ta’ Jannar 2035, jekk iġġustifikat minn projezzjonijiet li juru li anke meta jitqies l-impatt mistenni tal-miżuri effettivi tat-tniġġis tal-arja identifikati fil-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, il-valuri limitu ma jistgħux jintlaħqu sal-iskadenza għall-kisba.

Meta skadenza għall-kisba tkun ġiet posposta f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, iżda l-kisba ma tkunx tista’ tinkiseb sa dik l-iskadenza posposta, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-iskadenza għal dik iż-żona partikolari għat-tieni u l-aħħar darba b’perjodu li ma jkunx itwal minn sentejn mit-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ posponiment u li jkun iġġustifikat minn pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.