+Artikolu 18 Posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-għan u l-eżenzjoni mill-obbligu tal-applikazzjoni ta’ ċerti valuri limitu
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
|
Artikolu 18 Posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-għan u l-eżenzjoni mill-obbligu tal-applikazzjoni ta’ ċerti valuri limitu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1
|
1. Fejn, f’żona partikolari, il-konformità mal-valuri limitu għall-materja partikolata (PM10 u PM2,5), id-diossidu tan-nitroġenu, il-benżen jew il-benżo(a)piren ma jistgħux jinkisbu sal-iskadenza speċifikata fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I, l-Istati Membri jistgħu jipposponu dik l-iskadenza għal dik iż-żona partikolari b’perjodu ġġustifikat minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:
|
(a)
|
sal-1 ta’ Jannar 2040, jekk iġġustifikat minn karatteristiċi ta’ dispersjoni speċifiċi għas-sit, kundizzjonijiet ta’ konfini orografiċi, kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena, kontributi transkonfini, jew fejn it-tnaqqis meħtieġ jista’ jinkiseb biss billi tiġi sostitwita frazzjoni konsiderevoli tas-sistemi tat-tisħin domestiku eżistenti li huma s-sors ta’ tniġġis li jikkawża qabżiet; jew
|
|
(b)
|
sal-1 ta’ Jannar 2035, jekk iġġustifikat minn projezzjonijiet li juru li anke meta jitqies l-impatt mistenni tal-miżuri effettivi tat-tniġġis tal-arja identifikati fil-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, il-valuri limitu ma jistgħux jintlaħqu sal-iskadenza għall-kisba.
|
Meta skadenza għall-kisba tkun ġiet posposta f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, iżda l-kisba ma tkunx tista’ tinkiseb sa dik l-iskadenza posposta, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-iskadenza għal dik iż-żona partikolari għat-tieni u l-aħħar darba b’perjodu li ma jkunx itwal minn sentejn mit-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ posponiment u li jkun iġġustifikat minn pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 18 2
|
2. Stati Membri jistgħu jipposponu skadenza għall-kisba f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
sal-31 ta’ Diċembru 2028, ikun ġie stabbilit pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja li jissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 19(6), (7) u (8) għaż-żona li għalihom japplika l-posponiment;
|
|
(b)
|
il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jkun issupplimentat b’informazzjoni dwar il-miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja elenkati fil-Punt B tal-Anness VIII u juri kif il-perjodi ta’ qbiż tal-valuri limitu se jinżammu qosra kemm jista’ jkun;
|
|
(c)
|
il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jkun mirfud minn projezzjonijiet tal-kwalità tal-arja, inklużi dawk imwettqa għall-finijiet tal-Punt A, il-punt 5 u l-punt 7(e), tal-Anness VIII, li juru kif il-valuri limitu se jintlaħqu malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard mit-tmiem tal-iskadenza posposta għall-kisba, filwaqt li jitqiesu miżuri raġonevoli u proporzjonati;
|
|
(d)
|
il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jiddeskrivi kif il-pubbliku u, b’mod partikolari, il-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli se jiġu infurmati b’manjiera koerenti u li faċli tinftiehem dwar il-konsegwenzi tal-posponiment għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;
|
|
(e)
|
il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jiddeskrivi kif se jiġi mobilizzat finanzjament addizzjonali, inkluż permezz ta’ programmi nazzjonali rilevanti, u programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni meta dan ikun applikabbli, biex jitħaffef it-titjib tal-kwalità tal-arja fiż-żona li għaliha japplika l-posponiment;
|
|
(f)
|
il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jkunu ssodisfati matul il-perjodu ta’ posponiment tal-iskadenza għall-kisba;
|
|
(g)
|
meta skadenza għall-kisba tiġi posposta f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja msemmi f’dak is-subparagrafu juri li l-ewwel pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja jkun ġie implimentat jew li jkunu ttieħdu passi fid-dawl tal-implimentazzjoni tiegħu u jkun issupplimentat minn analiżi li turi li l-projezzjonijiet oriġinali tal-konformità magħmula f’konformità mal-punt (c) ta’ dan il-paragrafu ma mmaterjalizzawx.
|
|
|
Artikolu 18 3
|
3. Matul il-perjodu ta’ posponiment ta’ skadenza għall-kisba f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-miżuri fil-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta applikabbli kif aġġornati f’konformità mal-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, ikunu qed jiġu implimentati, kif muri mill-Istat Membru permezz ta’ rapport ta’ implimentazzjoni, inklużi projezzjonijiet aġġornati tal-emissjonijiet u, meta jkun possibbli, tal-konċentrazzjonijiet ipprovduti lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ kull sentejn u nofs u għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2031; meta jkun rilevanti, tista’ ssir referenza għall-programmi u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet l-iktar reċenti rrapportati skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u r-rapport ta’ inventarju informattiv mehmuż u, meta jkun rilevanti, ir-rapport ta’ implimentazzjoni jista’ jiġi integrat fil-pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja;
|
|
(b)
|
il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun aġġornat f’konformità mal-Artikolu 19(5);
|
|
(c)
|
mill-1 ta’ Jannar 2035, il-livelli ta’ konċentrazzjoni għas-sustanza niġġiesa rilevanti jkunu juru xejra ġenerali ta’ tnaqqis f’konformità ma’ trajettorja indikattiva lejn il-konformità stmata fi pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja stabbilit skont il-Punt A, il-punt 7(e), tal-Anness VIII;
|
|
(d)
|
ir-rapporti ta’ implimentazzjoni u l-pjanijiet direzzjonali aġġornati dwar il-kwalità tal-arja jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.
|
|
|
Artikolu 18 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2029 meta, fil-fehma tagħhom, il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) jew (b), ikun applikabbli, u għandhom jikkomunikaw il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-raġuni invokata għall-posponiment u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu humiex issodisfati.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2034 meta, fil-fehma tagħhom, il-kisba ma tkunx possibbli sa skadenza għall-kisba posposta f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, u għandhom jikkomunikaw il-pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-raġuni invokata għat-tieni u l-aħħar posponiment u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu humiex issodisfati.
Fir-rigward tal-projezzjonijiet ipprovduti bħala raġuni għall-posponiment, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw il-metodi kif ukoll id-data użati biex jinkisbu dawk il-projezzjonijiet.
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis il-projezzjonijiet tal-kwalità tal-arja pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, l-effetti stmati fuq il-kwalità tal-arja ambjentali f’dak l-Istat Membru tal-miżuri li jkunu ttieħdu minn dak l-Istat Membru kif ukoll l-effetti stmati tal-miżuri tal-Unjoni fuq il-kwalità tal-arja ambjentali.
Meta l-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur minn meta tiġi riċevuta dik in-notifika, il-kundizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu ssodisfati.
Jekk jitqajmu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat jaġġusta jew jipprovdi pjan direzzjonali ġdid dwar il-kwalità tal-arja biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 18 5
|
5. Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dettalji tekniċi ulterjuri dwar ir-rekwiżiti għall-projezzjonijiet imwettqa għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-għan li turi kif se jintlaħqu l-valuri limitu speċifikati fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I, filwaqt li jitqiesu miżuri raġonevoli u proporzjonati. Barra minn hekk, għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapporti ta’ implimentazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|