+Artikolu 19 4

Artikolu 19 4

4.   Meta mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029 f’żona jew unità territorjali, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa jkunu ogħla minn kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira li għandu jinkiseb sal-1 ta’ Jannar 2030 kif stabbilit fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I, u fit-Taqsima 2, il-Punt B, tal-Anness I, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għas-sustanza niġġiesa kkonċernata biex jinkisbu l-valuri limitu jew il-valuri fil-mira rispettivi sal-iskadenza għall-kisba. Dawk il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha jkun ġie rreġistrat il-qbiż.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu joqogħdu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja meta x-xenarju bażi li jsegwi l-informazzjoni meħtieġa mill-Punt A, il-punt 5, tal-Anness VIII, juri li l-valur limitu jew il-valur fil-mira se jinkiseb bil-miżuri li huma diġà fis-seħħ, inkluż meta l-qbiż ikun ikkawżat minn attivitajiet temporanji li jinfluwenzaw il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa f’sena waħda. Meta pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja ma jiġix stabbilit skont dan is-subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni dettaljata lill-pubbliku u lill-Kummissjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.