+Artikolu 27 1

Artikolu 27 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet kollha mill-Istati Membri dwar il-post u n-numru ta’ punti ta’ kampjunar skont l-Artikolu 9 f’konformità mal-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Annessi III u IV, il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmija fl-Artikolu 19, u l-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir imsemmija fl-Artikolu 20, tal-Istat Membru, dment li tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollhom interess suffiċjenti;

(b)

iżommu l-indeboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala prekundizzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x’jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt b’mod konsistenti mal-għan li l-pubbliku kkonċernat jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja.

Għal dak l-għan, l-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies suffiċjenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a). Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li kapaċi jiġu indeboliti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.