+Artikolu 4 Sistemi individwali
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4 Sistemi individwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-Artikolu 3 biss jekk l-istabbiliment ta' sistema ta' ġbir jew il-konnessjoni ma' sistema ta' ġbir ma tkunx ġustifikata għax ma tkunx tipproduċi ebda benefiċċju ambjentali jew għas-saħħa tal-bniedem, għax ma tkunx teknikament fattibbli jew tkun tinvolvi kost eċċessiv. Jekk jidderogaw mill-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'agglomerazzjonijiet ta' 1 000 e.p. u aktar, jew f'parti minn dawk l-agglomerazzjonijiet, jintużaw sistemi individwali għall-ġbir, il-ħżin jew, fejn ikun applikabbli, it-trattament tal-ilma mormi urban.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi individwali msemmija fil-paragrafu 1 ikunu ddisinjati, jitħaddmu u jinżammu b'mod li jikseb l-istess livell ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem bħat-trattamenti sekondarji u terzjarji msemmija fl-Artikoli 6 u 7.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistemi individwali li jintużaw f'agglomerazzjonijiet ta' 1 000 e.p. u aktar ikunu rreġistrati f'reġistru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettqu spezzjonijiet regolari ta’ dawk is-sistemi, jew verifiki jew kontrolli regolari ta' dawk is-sistemi b’mezzi oħra magħmula mill-awtorità kompetenti jew korp ieħor awtorizzat fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika rekwiżiti minimi għal:
(a)
id-disinn, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistemi individwali msemmija fil-paragrafi 1 u 2; u
(b)
l-ispezzjonijiet regolari msemmija fil-paragrafu 3, inkluż l-istabbiliment ta’ frekwenza minima għal dawk l-ispezzjonijiet skont it-tip ta’ sistema individwali, u abbażi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sat-2 ta’ Jannar 2028 f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2). Ir-rekwiżiti għad-disinn imsemmija fil-paragrafu 2 u f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għas-sistemi individwali msemmija fil-paragrafu 1 li ġew stabbiliti qabel l-1 ta’ Jannar 2025.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-Istati Membri li jużaw sistemi individwali biex jiġbru u/jew jittrattaw aktar minn 2 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban f'livell nazzjonali minn agglomerazzjonijiet ta' 2 000 e.p. u aktar, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'ġustifikazzjoni għall-użu ta' sistemi individwali. Dik il-ġustifikazzjoni għandha:
(a)
turi li l-kundizzjonijiet għall-użu tas-sistemi individwali stipulati fil-paragrafu 1 huma ssodisfati;
(b)
tiddeskrivi l-miżuri meħuda f'konformità mal-paragrafi 2 u 3;
(c)
turi konformità mar-rekwiżiti minimi msemmija fil-paragrafu 4 fejn il-Kummissjoni tkun eżerċitat is-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha skont dak il-paragrafu;
(d)
turi li l-użu tas-sistemi individwali ma jżommux lill-Istati Membri milli jikkonformaw mal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għat-tressiq tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|