|
+Artikolu 11 2. |
Artikolu 11 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-livell nazzjonali, l-enerġija annwali totali minn sorsi rinnovabbli, kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, iġġenerata fuq il-post jew mhux fuq il-post mis-sidien jew l-operaturi ta' impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, jew f'isimhom, li jittrattaw tagħbija ta' 10 000 e.p. u aktar, u irrispettivament minn jekk dik l-enerġija tiġix użata fuq il-post jew mhux fuq il-post mis-sidien jew l-operaturi ta’ dawk l-impjanti, tkun ekwivalenti għal mill-inqas:
(a)
20 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta' Diċembru 2030;
(b)
40 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta' Diċembru 2035;
(c)
70 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta' Diċembru 2040;
(d)
100 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta' Diċembru 2045. L-enerġija rinnovabbli ġġenerata mis-sidien jew l-operaturi tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jew f'isimhom ma għandhiex tinkludi enerġija rinnovabbli mixtrija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|