+Artikolu 11 Newtralità enerġetika
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 Newtralità enerġetika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull erba' snin isiru awditi tal-enerġija, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (32), tad-Direttiva (UE) 2023/1791, tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u tas-sistemi tal-ġbir li jkunu qed jitħaddmu. Dawk l-awditi għandhom jinkludu identifikazzjoni tal-potenzjal għal miżuri kosteffettivi biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija u jittejbu l-użu u l-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli, b'enfasi partikolari fuq l-identifikazzjoni u l-użu tal-potenzjal għall-produzzjoni tal-bijogass jew l-irkupru u l-użu ta' sħana mormija fuq il-post jew permezz ta' sistema tal-enerġija distrettwali, filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. L-ewwel awditi tal-enerġija għandhom jitwettqu:

(a) 

sal-31 ta' Diċembru 2028 għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta' 100 000 e.p. u aktar u s-sistemi tal-ġbir konnessi magħhom;

(b) 

sal-31 ta' Diċembru 2032 għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta' 10 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 100 000 e.p. u s-sistemi tal-ġbir konnessi magħhom.

Artikolu 11 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-livell nazzjonali, l-enerġija annwali totali minn sorsi rinnovabbli, kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, iġġenerata fuq il-post jew mhux fuq il-post mis-sidien jew l-operaturi ta' impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, jew f'isimhom, li jittrattaw tagħbija ta' 10 000 e.p. u aktar, u irrispettivament minn jekk dik l-enerġija tiġix użata fuq il-post jew mhux fuq il-post mis-sidien jew l-operaturi ta’ dawk l-impjanti, tkun ekwivalenti għal mill-inqas:

(a) 

20 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta' Diċembru 2030;

(b) 

40 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta' Diċembru 2035;

(c) 

70 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta' Diċembru 2040;

(d) 

100 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta' Diċembru 2045.

L-enerġija rinnovabbli ġġenerata mis-sidien jew l-operaturi tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jew f'isimhom ma għandhiex tinkludi enerġija rinnovabbli mixtrija.

Artikolu 11 3.
B'deroga mill-paragrafu 2, jekk Stat Membru ma jilħaqx l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), minkejja li jkun implimenta l-miżuri kollha tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri kollha meħtieġa biex tittejjeb il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari dawk identifikati fl-awditi tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu eċċezzjonalment jippermettu x-xiri ta' enerġija minn sorsi ta' fjuwils mhux fossili. Dak ix-xiri għandu jkun limitat għal massimu ta' 35 % ta' enerġija minn fjuwils mhux fossili b'rabta mal-objettiv imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d).
Artikolu 11 4.
B'deroga mill-paragrafu 2, jekk Stat Membru ma jilħaqx l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (c), minkejja li jkun implimenta l-miżuri kollha tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri kollha biex tittejjeb il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari dawk identifikati fl-awditi tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu eċċezzjonalment jippermettu x-xiri ta' enerġija minn sorsi ta' fjuwils mhux fossili. Dak ix-xiri għandu jkun limitat għal massimu ta' 5 punti perċentwali tal-objettiv imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (c). Dik id-deroga għandha tingħata biss lill-Istati Membri li sal-31 ta' Diċembru 2040 jistgħu juru li 35 % tal-enerġija esterna mill-fjuwils mhux fossili kif imsemmi fil-paragrafu 3 ser ikollha tinxtara biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt(d), filwaqt li jitqiesu l-miżuri kollha tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri kollha meħtieġa biex tittejjeb il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari dawk identifikati b'mod partikolari fl-awditi tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 11 5.
Il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni għall-istabbiliment tal-metodi biex tivvaluta jekk intlaħqux l-objettivi fil-paragrafu 2. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.