+Artikolu 14 2.

Artikolu 14 2.

Regolamenti minn qabel u awtorizzazzjonijiet speċifiċi kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma stipulati f’liġi oħra tal-Unjoni, inkluż id-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE, huma ssodisfati, u li, meta jkun applikabbli, il-kwalità u l-kwantità ta' skariki rilevanti ta' ilma mormi mhux domestiku huma sorveljat. b’mod partikolari, li t-tagħbija ta' sustanzi niġġiesa fl-iskariku mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ma twassalx għal deterjorament fl-istatus tal-korp tal-ilma riċeventi u ma tfixkilx lil dak il-korp tal-ilma milli jikseb tali status, f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE.

(b) 

is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jfixklux it-tħaddim tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban, ma jagħmlux ħsara lis-sistemi tal-ġbir, lill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban jew lit-tagħmir assoċjat, u ma jillimitawx kwalunkwe kapaċità tal-irkupru ta' riżorsi, inkluż l-użu mill-ġdid tal-ilma ttrattat u l-irkupru ta' nutrijenti jew materjal ieħor mill-ilma mormi urban jew mill-ħama;

(c) 

is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jagħmlux ħsara lis-saħħa tal-persunal li jaħdem fis-sistemi tal-ġbir u fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi;

(d) 

l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa mfassal u mgħammar biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa rilaxxati;

(e) 

meta impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jittratta skariki minn installazzjoni li jkollha permess imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), it-tagħbija ta' sustanzi niġġiesa mill-iskariki ta' dak l-impjant ma taqbiżx it-tagħbija ta' sustanzi niġġiesa li tiġi skarikata jekk l-iskariki jiġu rilaxxati direttament mill-installazzjoni u jkunu konformi mal-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet applikabbli f’konformità ma’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-iskariku ta' ilma mormi mhux domestiku f'sistemi tal-ġbir u f'impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi li jiskarikaw għal ġo baċini idrografiċi għal punti ta' estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ma tingħata ebda awtorizzazzjoni speċifika jew li ebda regolament minn qabel ma jippermetti tali skariku ta' ilma mormi mhux domestiku mingħajr ma jitqiesu l-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-baċini idrografiċi għall-punti ta' estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif imsemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2020/2184 u l-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju meħuda skont dak l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.