+Artikolu 14 Skariki ta' ilma mormi mhux domestiku
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
|
Artikolu 14 Skariki ta' ilma mormi mhux domestiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki ta' ilma mormi mhux domestiku f'sistemi tal-ġbir u impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban ikunu soġġetti għal regolamenti minn qabel jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi, jew it-tnejn, mill-awtorità kompetenti jew minn korp xieraq. Fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet speċifiċi għal skariki f'sistemi tal-ġbir u impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:
(a)
tikkonsulta u tinforma lill-operaturi ta’ sistemi tal-ġbir u ta’ impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li fihom jiġi skarikat l-ilma mormi mhux domestiku qabel ma tagħti dawk l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi;
(b)
fuq talba, tħalli lill-operaturi tas-sistemi tal-ġbir u tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jirċievu skariki ta’ ilma mormi mhux domestiku jikkonsultaw dawk l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi fil-baċini idrografiċi tagħhom, preferibbilment qabel ma dawk jingħataw.
Fil-każ ta’ regolamenti minn qabel għal skariki f'sistemi tal-ġbir u f'impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tal-ġbir u tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li fihom jiġi skarikat l-ilma mormi mhux domestiku jiġu kkonsultati qabel ma jiġu adottati dawk ir-regolamenti minn qabel.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Regolamenti minn qabel u awtorizzazzjonijiet speċifiċi kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li:
(a)
ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma stipulati f’liġi oħra tal-Unjoni, inkluż id-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE, huma ssodisfati, u li, meta jkun applikabbli, il-kwalità u l-kwantità ta' skariki rilevanti ta' ilma mormi mhux domestiku huma sorveljat. b’mod partikolari, li t-tagħbija ta' sustanzi niġġiesa fl-iskariku mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ma twassalx għal deterjorament fl-istatus tal-korp tal-ilma riċeventi u ma tfixkilx lil dak il-korp tal-ilma milli jikseb tali status, f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE.
(b)
is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jfixklux it-tħaddim tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban, ma jagħmlux ħsara lis-sistemi tal-ġbir, lill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban jew lit-tagħmir assoċjat, u ma jillimitawx kwalunkwe kapaċità tal-irkupru ta' riżorsi, inkluż l-użu mill-ġdid tal-ilma ttrattat u l-irkupru ta' nutrijenti jew materjal ieħor mill-ilma mormi urban jew mill-ħama;
(c)
is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jagħmlux ħsara lis-saħħa tal-persunal li jaħdem fis-sistemi tal-ġbir u fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi;
(d)
l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa mfassal u mgħammar biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa rilaxxati;
(e)
meta impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jittratta skariki minn installazzjoni li jkollha permess imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), it-tagħbija ta' sustanzi niġġiesa mill-iskariki ta' dak l-impjant ma taqbiżx it-tagħbija ta' sustanzi niġġiesa li tiġi skarikata jekk l-iskariki jiġu rilaxxati direttament mill-installazzjoni u jkunu konformi mal-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet applikabbli f’konformità ma’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-iskariku ta' ilma mormi mhux domestiku f'sistemi tal-ġbir u f'impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi li jiskarikaw għal ġo baċini idrografiċi għal punti ta' estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ma tingħata ebda awtorizzazzjoni speċifika jew li ebda regolament minn qabel ma jippermetti tali skariku ta' ilma mormi mhux domestiku mingħajr ma jitqiesu l-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-baċini idrografiċi għall-punti ta' estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif imsemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2020/2184 u l-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju meħuda skont dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 14 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi xierqa jieħdu l-miżuri adatti, inkluż rieżami ta’, u fejn tkun meħtieġa, ir-revoka ta’ regolamenti minn qabel u awtorizzazzjonijiet speċifiċi kif imsemmija fil-paragrafu 1, biex jidentifikaw, jipprevjenu u jnaqqsu kemm jista' jkun is-sorsi ta' tniġġis fl-ilma mormi mhux domestiku msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn tinħoloq kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sustanzi niġġiesa ġew identifikati fid-dħul u fl-iżbokki tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban skont il-monitoraġġ tal-Artikolu 21(3);
(b)
il-ħama li tirriżulta mit-trattament tal-ilma mormi urban għandha tintuża f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE (
10
);
(c)
l-ilma mormi urban ittrattat għandu jerġa' jintuża f'konformità mar-Regolament (UE) 2020/741 jew jerġa' jintuża għal skopijiet li mhumiex skopijiet agrikoli;
(d)
l-ilmijiet riċeventi jintużaw għall-estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2020/2184;
(e)
it-tniġġis tal-ilma mormi mhux domestiku skarikat fis-sistema tal-ġbir, jew l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban joħloq riskju għat-tħaddim ta' dik is-sistema jew impjant.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Regolamenti minn qabel u l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27 biex temenda r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 sabiex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali.
|
|
Artikolu 14 5.
|
L-awtorizzazzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rieżaminati u, meta jkun hemm bżonn, adattati mill-inqas kull għaxar snin. Regolamenti minn qabel kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rieżaminati f'intervalli regolari u, meta jkun hemm bżonn, adattati. Jekk il-karatteristiċi tal-ilma mormi mhux domestiku, tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jew tal-korp tal-ilma riċeventi jinbidlu b'mod sinifikanti, l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu rieżaminati u adattati għal dawk il-bidliet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|