|
+Artikolu 14 3. |
Artikolu 14 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi xierqa jieħdu l-miżuri adatti, inkluż rieżami ta’, u fejn tkun meħtieġa, ir-revoka ta’ regolamenti minn qabel u awtorizzazzjonijiet speċifiċi kif imsemmija fil-paragrafu 1, biex jidentifikaw, jipprevjenu u jnaqqsu kemm jista' jkun is-sorsi ta' tniġġis fl-ilma mormi mhux domestiku msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn tinħoloq kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sustanzi niġġiesa ġew identifikati fid-dħul u fl-iżbokki tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban skont il-monitoraġġ tal-Artikolu 21(3);
(b)
il-ħama li tirriżulta mit-trattament tal-ilma mormi urban għandha tintuża f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE ( 10 );
(c)
l-ilma mormi urban ittrattat għandu jerġa' jintuża f'konformità mar-Regolament (UE) 2020/741 jew jerġa' jintuża għal skopijiet li mhumiex skopijiet agrikoli;
(d)
l-ilmijiet riċeventi jintużaw għall-estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2020/2184;
(e)
it-tniġġis tal-ilma mormi mhux domestiku skarikat fis-sistema tal-ġbir, jew l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban joħloq riskju għat-tħaddim ta' dik is-sistema jew impjant. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|