|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod sistematiku l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat mill-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban speċjalment f'żoni fejn l-ilma huwa skars, u għall-finijiet adatti kollha. Il-potenzjal għall-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat għandu jiġi vvalutat b'tali mod li jitqiesu l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE (“il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċċini tax-xmajjar”) u d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/741. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-ilma mormi urban ttrattat jerġa' jintuża jew jekk l-użu mill-ġdid ikun ippjanat, dan ma jipperikolax il-fluss ekoloġiku tal-ilmijiet riċeventi u ma jkun hemm ebda effett negattiv għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem. Meta l-ilma mormi ttrattat jerġa' jintuża għat-tisqija agrikola, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2020/741. Meta jkunu disponibbli strateġiji dwar ir-reżiljenza tal-ilma fil-livell tal-Istati Membri, f'dawk l-istrateġiji għandhom jitqiesu miżuri dwar il-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat u dwar l-użu mill-ġdid stess. Meta l-ilma mormi urban ittrattat jerġa' jintuża għat-tisqija agrikola, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mir-rekwiżiti għat-trattament terzjarju fil-Parti B u t-Tabella 2 tal-Anness I, għall-frazzjoni tal-ilma mormi urban ittrattat li tkun esklużivament destinata għall-użu mill-ġdid fit-tisqija agrikola, fejn ikun jista' jintwera dan kollu li ġej:
(a)
il-kontenut tan-nutrijenti fil-frazzjoni użata mill-ġdid ma jaqbiżx id-domanda tan-nutrijenti tal-għelejjel fil-mira;
(b)
ma jkun hemm ebda riskju għall-ambjent, b'mod partikolari fir-rigward tal-ewtrofikazzjoni tal-ilmijiet fl-istess baċin idrografiku;
(c)
ma jkun hemm ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem b'mod partikolari fir-rigward ta' organiżmi patoġeniċi;
(d)
l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ikollu kapaċità biżżejjed biex jittratta jew jaħżen l-ilma mormi urban, sabiex jevita l-iskariki għal ġo l-ilmijiet riċeventi ta’ l-ilma mormi urban li ma jissodisfax ir-rekwiżiti mniżżla fil-Parti B u fit-Tabella 2 tal-Anness I f'konformità mal-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|