+Artikolu 15 Użu mill-ġdid tal-ilma u skariki ta' ilma mormi urban
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.

Artikolu 15 Użu mill-ġdid tal-ilma u skariki ta' ilma mormi urban

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod sistematiku l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat mill-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban speċjalment f'żoni fejn l-ilma huwa skars, u għall-finijiet adatti kollha. Il-potenzjal għall-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat għandu jiġi vvalutat b'tali mod li jitqiesu l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE (“il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċċini tax-xmajjar”) u d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/741. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-ilma mormi urban ttrattat jerġa' jintuża jew jekk l-użu mill-ġdid ikun ippjanat, dan ma jipperikolax il-fluss ekoloġiku tal-ilmijiet riċeventi u ma jkun hemm ebda effett negattiv għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem. Meta l-ilma mormi ttrattat jerġa' jintuża għat-tisqija agrikola, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2020/741. Meta jkunu disponibbli strateġiji dwar ir-reżiljenza tal-ilma fil-livell tal-Istati Membri, f'dawk l-istrateġiji għandhom jitqiesu miżuri dwar il-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat u dwar l-użu mill-ġdid stess.

Meta l-ilma mormi urban ittrattat jerġa' jintuża għat-tisqija agrikola, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mir-rekwiżiti għat-trattament terzjarju fil-Parti B u t-Tabella 2 tal-Anness I, għall-frazzjoni tal-ilma mormi urban ittrattat li tkun esklużivament destinata għall-użu mill-ġdid fit-tisqija agrikola, fejn ikun jista' jintwera dan kollu li ġej:

(a) 

il-kontenut tan-nutrijenti fil-frazzjoni użata mill-ġdid ma jaqbiżx id-domanda tan-nutrijenti tal-għelejjel fil-mira;

(b) 

ma jkun hemm ebda riskju għall-ambjent, b'mod partikolari fir-rigward tal-ewtrofikazzjoni tal-ilmijiet fl-istess baċin idrografiku;

(c) 

ma jkun hemm ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem b'mod partikolari fir-rigward ta' organiżmi patoġeniċi;

(d) 

l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ikollu kapaċità biżżejjed biex jittratta jew jaħżen l-ilma mormi urban, sabiex jevita l-iskariki għal ġo l-ilmijiet riċeventi ta’ l-ilma mormi urban li ma jissodisfax ir-rekwiżiti mniżżla fil-Parti B u fit-Tabella 2 tal-Anness I f'konformità mal-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I.

Artikolu 15 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas l-iskariki kollha minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban ta' 1 000 e.p. u aktar ikunu soġġetti għal regolamenti minn qabel jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi, jew it-tnejn. Tali regolamenti u awtorizzazzjonijiet speċifiċi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fil-Parti B tal-Anness I jiġu ssodisfati.
Artikolu 15 3.
Regolamenti minn qabel u awtorizzazzjonijiet speċifiċi kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rieżaminati mill-inqas kull għaxar snin u, jekk ikun hemm bżonn, adattati. Fil-każijiet fejn il-karatteristiċi tal-ilma mormi urban li jkun dieħel jew l-iskariki mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jew tal-korp tal-ilma riċeventi jinbidlu b'mod sinifikanti, id-dispożizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu aġġornati biex ikun żgurat li r-rekwiżiti stipulati fil-Parti B tal-Anness I jibqgħu jiġu ssodisfati.
Artikolu 15 4.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jadattaw l-infrastruttura tagħhom tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi urban biex jindirizzaw żieda fit-tagħbijiet tal-ilma mormi domestiku, inkluż, fejn ikun meħtieġ, il-bini ta' infrastruttura ġdida.

Meta jieħdu miżuri kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jitqiesu konformi mal-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-bini jew l-espansjoni ta' impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban għat-trattament ta' tagħbijiet akbar ta' ilma mormi domestiku jew ta' tagħbijiet ta' ilma mormi domestiku mhux trattat tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel f'konformità ma' din id-Direttiva;

(b) 

il-benefiċċji tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban fil-punt (a) ma jistgħux jinkisbu b'mezzi oħra minħabba raġunijiet ta' fattibbiltà teknika jew ta' kost sproporzjonat, inkluż il-kunsiderazzjoni ta' punti alternattivi ta' skariku ta' impjanti tal-ilma mormi urban, li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE;

(c) 

il-miżuri ta' mitigazzjoni teknikament fattibbli kollha biex jiġu minimizzati l-impatti negattivi tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban fuq il-korpi tal-ilma affettwati huma meħuda u huma stabbiliti fl-awtorizzazzjonijiet speċifiċi imsemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva u dan l-Artikolu; dawk il-miżuri għandhom jinkludu, fejn ikun meħtieġ, rekwiżiti ta' trattament aktar stretti minn dawk applikati qabel iż-żieda fit-tagħbija tal-ilma mormi domestiku, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttivi msemmija fil-Parti B, il-punt 6, tal-Anness I ta' din id-Direttiva;

(d) 

il-miżuri kollha ta' mitigazzjoni teknikament fattibbli jiġu implimentati biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv ta' attivitajiet oħra li jikkawżaw pressjonijiet simili fl-istess korpi tal-ilma.

Jekk in-nuqqas li jiġi evitat deterjorament jew in-nuqqas li jinkisbu l-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE f'korp ta' ilma tal-wiċċ ikun ir-riżultat ta' awtorizzazzjoni minn qabel fil-punt (a), dik l-awtorizzazzjoni a għandha tiġi speċifikament imniżżla fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar u l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu jiġu spjegati fihom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.