+Artikolu 19 Aċċess għal faċilitajiet sanitarji

Artikolu 19 Aċċess għal faċilitajiet sanitarji

Artikolu 19

Aċċess għal faċilitajiet sanitarji

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u b’kont meħud tal-perspettivi u ċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali fir-rigward tal-faċilitajiet sanitarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess għal faċilitajiet sanitarji għal kulħadd, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati.

Għal dak l-għan, sat-12 ta' Jannar 2029 l-Istati Membri għandhom:

(a) 

jidentifikaw persuni mingħajr aċċess, jew b'aċċess limitat, għal faċilitajiet sanitarji, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli u emarġinati, u jagħtu r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta' aċċess;

(b) 

jivvalutaw l-għażliet għat-titjib tal-aċċess għal faċilitajiet sanitarji għal dawn il-persuni;

(c) 

għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' 10 000 e.p. u aktar, iħeġġu l-istabbiliment ta' għadd suffiċjenti ta' faċilitajiet sanitarji fl-ispazji pubbliċi, li jkunu aċċessibbli b'xejn u, b'mod partikolari għan-nisa, aċċessibbli b'mod sikur u jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni xierqa dwar dawk il-faċilitajiet għall-pubbliku;

(d) 

għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' 5 000  e.p. u aktar, iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti jqiegħdu għad-dispożizzjoni għadd suffiċjenti ta' faċilitajiet sanitarji b'xejn f'bini pubbliku, b'mod partikolari f'bini amministrattiv;

(e) 

iħeġġu biex f'ristoranti, ħwienet u spazji privati simili aċċessibbli għall-pubbliku jkun hemm disponibbli faċilitajiet sanitarji għal kulħadd, mingħajr ħlas jew bi ftit flus.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.